Ritratti 2016

Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) » Ftuħ uffiċjali tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

Illum fis-sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep saret l-inawgurazzjoni tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa taħt il-patroċinju tal-Onor Dr Godfrey Farrugia. Liema wirjiet jżuruhom numru sabiħ ta’ Maltin fil-jiem qaddisa fejn sidna Ġesù ġie mogħti s-salib sabiex is-salvana.Il-wirjiet jkunu miftuħa għall-pubbliku kuljum mill-Ħamis 17 sal-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016, mill- mill-17.30 sat-20.30. Nhar Ħadd il-Palm 20 ta’ Marzu mid-9.00 sa 12.00 u mill-17.30 sat-20.30; nhar Ħamis ix-Xirka mid-9.00 sat-15.00 u mill-17.30 sal-23.00; nhar il-Ġimgħa l-Kbira mid-09:00 sas-13:00 u mill-16.00 sal-22.00.Id-dħul għal din il-wirjiet huwa minn Triq Sciortino (għat-taqsimiet 2 u 4) kif ukoll minn 12, Misraħ San Filep (għat-taqsimiet 1, 3, 5 u 6). Nistednukom iżuru dawn il-wirjiet mal-familjari tagħkom f’dawn il-jiem mqaddsa.

To top