{"id":1607,"date":"2015-07-06T21:12:30","date_gmt":"2015-07-06T20:12:30","guid":{"rendered":"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/?page_id=1607"},"modified":"2025-07-14T16:20:22","modified_gmt":"2025-07-14T16:20:22","slug":"aspetti-mill-festa-tal-2015","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/aspetti-mill-festa-tal-2015\/","title":{"rendered":"Aspetti mill-Festa tal-2015"},"content":{"rendered":"<p><!--pixgridder:row[cols=1]--><!--pixgridder:column[col=1]--><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hekk kif qorob ix-xahar ta\u2019 Mejju \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 beda jilbes il-libsa tal-festa, bl-ewwel appuntament g\u0127al kull \u017bebbu\u0121i jkun it-tnax tal-istess xahar-il-jum tal-festa litur\u0121ika. Dan il-jum beda bid-daqq tal-qniepen\u00a0 minn kmieni filg\u0127odu. Imbag\u0127ad filg\u0127axija l-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Richard Bugeja g\u0127amlet mar\u010b brijju\u017c madwar it-toroq \u017bebbu\u0121in, li la\u0127aq l-qofol tieg\u0127u f\u2019Misra\u0127 San Filep. Numru sabi\u0127 ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ing\u0127aqdu mal-banda u g\u0127amlu briju sabi\u0127, li tant a\u0127na mag\u0127rufin g\u0127alih. F\u2019dan il-jum spe\u010bjali g\u0127a\u017c-\u017bebbu\u0121in, taw sehemhom ukoll tas-sezzjoni tal-Kamra tan-Nar San Filep,li fi tlett \u0127inijiet matul il-\u0121urnata \u0127arqu numru ta\u2019 murtaletti, beraq u filg\u0127axija anke murtali tal-kulur li sebb\u0127u is-sema. F\u2019dan il-jum ukoll bdew ix-xandiriet diretti mir-radju tal-komunit\u00e0, ir-Radju Ka\u017cin Banda San Filep li kompla jxandar bla waqfien g\u0127al xahar s\u0127i\u0127 fuq il-frekwenza 106.3 FM bi skeda li tolqot il-gosti ta\u2019 kul\u0127add.<\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Hekk kif g\u0127addiet il-festa litur\u0121ika, il-\u0127idma kompliet ti\u017cdied aktar ma qorbot il-\u0121img\u0127a importanti li bla dubju kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnha jkun qieg\u0127ed jistenna. <strong>Matul Mejju saru \u017cew\u0121 coffee mornings mis-sezzjoni Nisa, majjalata u ri\u010beviment mill-grupp tan-nar ufis-7 ta\u2019 \u0120unju festin annwali mis-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127u<\/strong>. Saru wkoll diversi kun\u010berti mill-Banda San Filep bi t\u0127ejjija g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 programmi ta\u2019 matul il-\u0121img\u0127a tal-festa. Nhar il-\u0126amis 4 ta\u2019 \u0120unju sar ie\u0127or organizzat mill-kumitat \u010bentrali. Kienet \u0127elwa l-pur\u010bissjoni hekk mag\u0127rufa b\u0127ala ta\u2019 San Filep i\u017c-\u017cg\u0127ir li saret l-Erbg\u0127a 3 ta\u2019 \u0120unju 2015. Din hija pur\u010bissjoni tat-tfal li j\u0121orru statwa \u017cg\u0127ira ta\u2019 San Filep akkumpanjati minn g\u0127add sabi\u0127 ta\u2019 bandisti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kif ukoll minn aljievi \u017cg\u0127ar tal-Banda San Filep. Din l-attivita sabi\u0127a bdiet b\u2019quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-An\u0121li mid-Direttur Spiritwali Fr Philip Cutajar ofm u mbag\u0127ad imxiet g\u0127al Triq il-Kbira u Misra\u0127 San Filep. Fi tmiem il-pur\u010bissjoni t-tfal kellhom <em>party<\/em> fis-sala Mayfair tal-Ka\u017cin San Filep. Wara din kien imiss l\u2019ikla kbira fi Triq Sciortino quddiem il-binja mponenti tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep.<a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/BBQNar2015.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\" size-medium wp-image-1611 alignleft\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/BBQNar2015-300x200.jpg\" alt=\"BBQNar2015\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad kellna l-ikla kbira ta\u2019 qabel il-festa organizzata mill-grupp tan-nar. Soltu din kienet issir is-Sibt filg\u0127axija imma dis-sena g\u0127all-ewwel darba saret il-\u0120img\u0127a 5 ta\u2019 \u0120unju. Xorta kienet su\u010b\u010bess g\u0127ax \u0121ew aktar minn \u0127ames mija u \u0127amsin ru\u0127 g\u0127all-ikel. Minbarra l-ikel abbundanti u tajjeb re\u0121a\u2019 kien hemm ukoll divertiment minn diversi kantanti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u mill-komiku Joe Demicoli. Din is-sena g\u0127all-ewwel darba kellna wkoll kwintett bl-isem Sanfi mag\u0127mul minn bandisti tal-Banda San Filep li daqq g\u0127add ta\u2019 siltiet fuq stil <em>Jazz<\/em> u mar\u010bi briju\u017ci.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0126add 7 ta\u2019 \u0120unju, jum il-\u0127ru\u0121 tal-istatwa min-ni\u010b\u010ba, filg\u0127odu fil-ka\u017cin sar festin mis-sezzjoni \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, sar ukoll it-tberik tal-Kamra tan-nar, u fil-knisja ar\u010bipretali, g\u0127al \u0127abta tal-11.45am in\u0127ar\u0121et l-istatwa min-ni\u010b\u010ba b\u2019mod kwiet fil-pre\u017cenza ta\u2019 membri mi\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cini tal-baned u tpo\u0121\u0121iet fil-kappellun tal-Erwie\u0127 quddiem in-ni\u010b\u010ba ta\u2019 San \u0120wann. Filg\u0127axija imbag\u0127ad saret i\u010b-\u010berimonja sabi\u0127a tal-\u0127ru\u0121 solenni, billi wara l-quddiesa tas-7.00pm saret il-pur\u010bissjoni bl-istatwa ta\u2019 San Filep tul in-navi tal-lemin u l-korsija tal-knisja ar\u010bipretali li kienet imballata bin-nies. Is-sezzjoni nar g\u0127al darba o\u0127ra re\u0121g\u0127et tat is-sehem tag\u0127ha b\u2019\u0127arqa varjata ta\u2019 murtali tal-berqa u tal-kulur. Filwaqt li il-banda daqqet numru ta\u2019 mar\u010bi briju\u017ci fl-in\u0127awi ta\u2019 misra\u0127 San Filep. Hekk kif \u0121ie fi tmiemu, numru ta\u2019 bandisti mill-grupp Sanfi g\u0127at-tieni sena konsekuttiva tellg\u0127u l-attivit\u00e0 mu\u017cikali fil-bar tal-ka\u017cin, fejn allegraw lil min kien hemm b\u2019daqq ta mar\u010bi briju\u017ci.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-attivitajiet so\u010bjali matul il-jiem tal-festa ma jonqsux bl-g\u0127aqda torganizza festin g\u0127al benefatturi tal-istess so\u010bjeta nhar It-<strong>Tnejn 8 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> b\u2019numru ta\u2019 personalitajiet joffru rigali kemm fil-forma ta\u2019 donazzjoni u anke sabiex l-istess g\u0127aqda tkompli ir-rikezzi fl-arkivju tag\u0127ha.<a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Marc-Hamis.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignright size-medium wp-image-1619\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Marc-Hamis-300x200.jpg\" alt=\"Marc Hamis\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-<strong>Tlieta 9 ta\u2019 \u0120unju,<\/strong> kien jum li kull partitarju \u017cag\u0127\u017cug\u0127 jistenna. Dawn flimkien mal-Banda Santa Marija tal-Qrendi li kienrt mistiedna mill-G\u0127aqda San Filep, g\u0127amlu wisq briju u fi tmiem il-mar\u010b tellg\u0127u <em>feature<\/em> sabi\u0127 fi triq Sciortino. Matulu s-sezzjoni \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tat rendikont tal-\u0127idma tag\u0127ha u ta\u2019 sezzjonijiet o\u0127ra permezz ta\u2019 vidjow awdjo fuq skrin kbir li \u0121ie armat apposta quddiem is-sede tal-istess g\u0127aqda g\u0127all-gost tal-bosta \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 stillieri li \u0127onqu t-triq.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mill-<strong>Erbg\u0127a 10 \u0120unju<\/strong> \u2018il-quddiem, is-sezzjoni nar bdiet tarma n-nar tal-art g\u0127all-\u0127arqa\u00a0 tal-\u0126amis u dik tal-\u0120img\u0127a li kull sena tkun wa\u0127da mill-aqwa f\u2019dak li g\u0127andu x\u2019jaqsam man-nar tal-art mekkanizzat. Fl-istess jum ir-radju tal-komunit\u00e0 beda xandiriet diretti tat-tridijiet permezz ta\u2019 <em>link<\/em> dirett mal-knisja ar\u010bipretali. B\u2019hekk l-G\u0127aqda la\u0127qg\u0127et ukoll lil dawk li g\u0127al xi ra\u0121uni ma setg\u0127ux jattendu fil-knisja kif ukoll lill-emigranti barra minn Malta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nhar il-<strong>\u0126amis 11 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, it-tieni jum tat-tridu, il-Banda San Filep g\u0127amlet servizz ie\u0127or innovattiv maqsum fi tlett partijiet. L-ewwel mar\u010b qasir li beda min fuq iz-zuntier, segwit minn programm b\u2019differenza minn fuq il-plan\u010bier u fl-a\u0127\u0127ar mar\u010b briju\u017c minn \u0127dejn il-Coronation Bar sal-ka\u017cin. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u dawk tan-nar re\u0121g\u0127u taw sehemhom bil-kbir.K ollox intemmfil-11.30pm bil-\u0127ruq tan-nar tal-art ma\u0127dum mis-St Philip Fireworks Factory.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/NarArt2015.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignleft size-medium wp-image-1623\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/NarArt2015-300x200.jpg\" alt=\"NarArt2015\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a>Il-<strong>\u0120img\u0127a 12 ta\u2019 \u0120unju, <\/strong>l-a\u0127\u0127ar jum tat-tridu, saret \u0127arqa spettakolari ta\u2019 nar tal-art mekkanizzat ma\u0127dum minn membri tas-sezzjoni tan-nar. Dan sar appuntament imfittex minn \u0127afna dilettant tan-nar anke minn ir\u0127ula o\u0127ra u g\u0127alhekk misra\u0127 San Filep re\u0121a\u2019 kien mimli daqs bajda. Wara li spi\u010b\u010ba n-nar tal-art il-grupp tan-nar \u0127a \u0127sieb i\u017carma n-nar tal-art u jo\u0127or\u0121u mill-pjazza kemm jista\u2019 jkun malajr.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-<strong>Sibt 13 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, lejlet il-festa, l-istess sezzjoni tan-nar kellha erbg\u0127a appuntamenti f\u2019\u0127inijiet differenti li fihom \u0127arqet diversi murtali u murtaletti bil-log\u0127ob. Il-qofol intla\u0127aq bil-\u0127arqa kbira ta\u2019 nar tal-kulur li dam sejjer mid-9.30pm sal-11.00pm, spettaklu sinkronazzit mal-mu\u017cika imsejja\u0127 <em>Pyro Rhapsody <\/em>ikkontrollat bis-sistema <em>Fire-one<\/em>. Dan ukoll sar spettaklu nistenni minn \u0127afna li jimlew it-toroq fil-periferija ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 kif ukoll Tal-Virtu fost postijiet o\u0127ra. Fl-istess \u0127in li is-sezzjoni nar kienet qeg\u0127da tpitter is-sema permezz ta\u2019 diversi kuluri, il-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Richard Bugeja offriet programm mu\u017cikali mill-aqwa b\u2019siltiet mu\u017cikali varjati minn fuq il-plan\u010bier tal-istess banda.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-<strong>\u0126add 14 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, jum il-festa beda fit-8.00am bil-qudiesa sollenni \u010b\u010belebrata mill-Ar\u010biaqof emeritu Mons Pawl Cremona waqt li l-pani\u0121ierku sar minn Dun \u0120wann Sultana. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u0127adu \u0127sieb jarmaw il-Bandalora l-kbira u l-umbrella mekkanizzata fil-pjazza b\u0127alma g\u0127amlu t-Tlieta u l-\u0126amis ta\u2019 qabel. Fl-10.00am il-Banda San Filep bdiet il-mar\u010b ta\u2019 filg\u0127odu minn fuq iz-zuntier u mxiet mill-pjazza lejn iz-zoni tal-An\u0121li, tal-Kandlora u tal-Grazzja qabel ma re\u0121g\u0127et lura fil-pjazza fejn folla kbira kienet tistenniha tant li anke mliet parti minn Triq Sciortino u minn Triq il-Kbira. Bosta libsu kpiepel u flokkijiet \u0127odor tal-festa waqt li o\u0127rajn xejjru bnadar bl-arma tal-banda jew stampa tal-istatwa ta\u2019 San Filep. Saru kollegamenti diretti mir-radju tal-ka\u017cin mal-mar\u010b. Il-briju ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kien kbir u wara li spi\u010b\u010ba l-mar\u010b dawnkomplew jifir\u0127u fil-bar tal-ka\u017cin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015-3.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\" size-medium wp-image-1627 alignleft\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015-3-300x200.jpg\" alt=\"Purcissjoni2015-3\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015-2.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\" size-medium wp-image-1626 alignright\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015-2-300x200.jpg\" alt=\"Purcissjoni2015-2\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\" size-medium wp-image-1625 aligncenter\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/07\/Purcissjoni2015-300x200.jpg\" alt=\"Purcissjoni2015\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Filg\u0127axija, qabel il-\u0127ru\u0121 tal-pur\u010bissjoni, l-Baned Queen Victoria ta\u017c-\u017burrieq u San Sebastjan ta\u2019 \u0126al-Qormi, t-tnejn mistiedna tal-Banda San Filep, g\u0127amlu \u017cew\u0121 mar\u010bi \u2013 tal-ewwel fl-in\u0127awi ta\u2019 \u0126al Mula u l-o\u0127ra fi Triq il-Kbira bejn il-Coronation Bar u l-pjazza. Fis-7.00pm mal-\u0127ru\u0121 tal-pur\u010bissjoni n\u0127araq salut tal-bomba u l-kaxxa tal-\u0127ru\u0121. G\u0127all-ewwel darba il-Banda San Sebastjan akkumpanjat il-pur\u010bissjoni mill-bidu sakemm din da\u0127let minn Vjal il-\u0126elsien g\u0127al Triq Sciortino. Il-kantanta Albertine Abela kantat l-Innu Popolari ta\u2019 San Filep sakemm l-istatwa kienet fuq iz-zuntier. Matul il-purcissjoni kollha il-kamra tan-nar San Filep g\u0127amlet \u0127arqa varjata ta\u2019 nar tal-ajru, beraq, sfejjer, murtali bil-log\u0127ob, u murtali tal-kulur li ntemmet b\u2019kaxxa tal-kulur waqt id-d\u0127ul. Tul l-a\u0127\u0127ar sieg\u0127a tal-pur\u010bissjoni, ji\u0121ifieri minn \u0127dejn il-kappella tad-Duluri \u2018l quddiem, il-pur\u010bissjoni kienet allegrata minn \u017cew\u0121 baned: l-ewwel mill-Banda San Bartilmew \u0127dejn il-kappella tad-Duluri u wara fil-pjazza mill-Banda Queen Victoria minn fuq il-plan\u010bier fejn re\u0121g\u0127et kantat Albertine Abela. L-ewwel banda re\u0121g\u0127et daqqet u re\u0121g\u0127et fuq iz-zuntier. Mad-d\u0127ul tal-pur\u010bissjoni fl-10.00pm fil-knisja ng\u0127atat il-barka u saru r-ringrazzjamenti. I\u017c-\u017cew\u0121 gruppi tan-nar ing\u0127ataw mer\u0127ba x\u2019\u0127in waslu l-knisja jippre\u017centaw bukketti ta\u2019 fjuri. Il-grupp tan-nar tal-Kamra tan-Nar San Filep li waslu direttament mill-g\u0127alqa qalg\u0127u applaws kbir. Wara l-Banda San Bartilmew g\u0127amlet il-mar\u010b tal-a\u0127\u0127ar li beda minn fuq iz-zuntier u mexa sal-Coronation Bar u lura sal-Ka\u017cin San Filep fejn intemm ma nofs il-lejl. F\u2019dak il-\u0127in waqaf ixandar ukoll ir-radju tal-ka\u017cin.<\/p>\n<p><!--\/pixgridder:column[col=1]--><!--\/pixgridder:row[cols=1]--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hekk kif qorob ix-xahar ta\u2019 Mejju \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 beda jilbes il-libsa tal-festa, bl-ewwel appuntament g\u0127al kull \u017bebbu\u0121i jkun it-tnax tal-istess xahar-il-jum tal-festa litur\u0121ika. Dan il-jum beda bid-daqq tal-qniepen\u00a0 minn kmieni filg\u0127odu. Imbag\u0127ad filg\u0127axija l-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Richard Bugeja g\u0127amlet mar\u010b brijju\u017c madwar it-toroq \u017bebbu\u0121in, li la\u0127aq l-qofol tieg\u0127u f\u2019Misra\u0127 San Filep. Numru [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"page-templates\/page-sidebar-none.php","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-1607","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/1607","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1607"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/1607\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5931,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/1607\/revisions\/5931"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1607"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}