{"id":170,"date":"2014-12-30T17:33:57","date_gmt":"2014-12-30T16:33:57","guid":{"rendered":"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/TestSite\/?page_id=170"},"modified":"2025-07-14T16:20:22","modified_gmt":"2025-07-14T16:20:22","slug":"170-2","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/170-2\/","title":{"rendered":"Aspetti mill-Festa tal-2014"},"content":{"rendered":"<p><!--pixgridder:row[cols=1]--><!--pixgridder:column[col=1]-->Is-Sena 2014 hija s-sena li tat lill-poplu \u017bebbu\u0121i l-opportunita li jara l-istatwa ta\u2019 San Filep, kapolavur fil-fidda b\u0127alma kienu rawha missierijietna g\u0127all-ewwel darba meta waslet fostna 151 sena ilu. Dan wara li tlesta xog\u0127ol kbir ta\u2019 restawr u konservazzjoni ta\u2019 dan il-monument artistiku meqjus b\u0127ala patrimonju nazzjonali mportanti. Wara sitt xhur ta\u2019 stennija l-istatwa re\u0121g\u0127et lura fil-Knisja Ar\u010bipretali nhar <b>il-\u0120img\u0127a 25 t\u2019April 2014<\/b> fost il-fer\u0127 tal-poplu \u017bebbu\u0121i. Din is-sena ta\u0127bat ukoll il-150 sena minn mindu din l-istatwa tal-patrun San Filep \u0127ar\u0121et g\u0127all-ewwel darba fit-toroq ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.<\/p>\n<p>L-a\u0127\u0127ar t\u0127ejjijiet g\u0127all-festa kienu g\u0127addejjin b\u2019rittmu mg\u0127a\u0121\u0121el tul ix-xahar ta\u2019 Mejju. L-armat tat-toroq, kun\u010berti tal-banda, il-pubblikazzjoni tal-ktieb tal-festa, il-\u0121bir ta-riklami, l-programm tal-kompjuter g\u0127as-sinkronizzar tal-\u0127arqa tan-nar tal-ajru ta\u2019 lejlet il-festa mal-mu\u017cika, l-a\u0127\u0127ar rtokki fuq xi rdieden \u0121odda, fuq xi pro\u0121ett li jkun se ji\u017c\u017can\u017can g\u0127al \u017cmien il-festa, it-T-shirts \u0121odda li tant ikunu mfittxija fil-\u0121img\u0127a tal-festa, l-a\u0127\u0127ar ftit coffee mornings u ikliet li minnhom jin\u0121abru fondi b\u017conju\u017ci, u r-radju tal-ka\u017cin li beda jxandar fit-<b>8 ta\u2019 Mejju 2014<\/b>.<\/p>\n<p>Il-festa ta\u2019 San Filep f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 nistg\u0127u ng\u0127idu li bdiet nhar it-Tnejn 12 ta\u2019 Mejju (festa litur\u0121ika), fejn mat-tokki tat-tmienja ta\u2019 filg\u0127odu u wkoll ta\u2019 nofs inhar, il-Kamra tan-Nar San Filep \u0127abbru l-ftu\u0127 tal-festa bil-\u0127ruq ta\u2019 murtali tal-bomba u tal-beraq. Filg\u0127axija wara \u010b-\u010berimonja tal-knisja, il-Banda San Filep permezz tal-mar\u010bi briju\u017ci li daqqiet madwar it-toroq tax-xaqliba ta\u2019 \u0126al-Muxi kompliet tferra\u0127 anke lil dawk li ma setg\u0127ux jing\u0127aqdu \u0121ewwa l-pjazza. Dan kien akkumpanjat minn programm ta\u2019 murtali tal-bomba u o\u0127rajn tal-kulur u bil-log\u0127ob, xog\u0127ol il-Kamra tan-Nar San Filep. Is-servizz tal-banda kompla b\u2019mar\u010b mimli briju quddiem is-sede tal-Ka\u017cin Banda San Filep, mar\u010b li g\u0127alih attendiet folla numeru\u017ca ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Dan intemm g\u0127all-\u0127abta tal-11:30pm.<\/p>\n<div class=\"one-half\">\n<p>Il-pur\u010bissjoni ta\u2019 San Filep mit-tfal akkumpanjati mill-bandisti \u017cg\u0127ar u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Banda San Filep saret fit-28 ta\u2019 Mejju 2014. Nistg\u0127u ng\u0127idu li saret tradizzjoni ma\u0127luqa mill-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep f\u2019nofs is-snin tmenin tas-seklu g\u0127oxrin fuq l-inizjattiva tal-mibki John Ciantar. Sa ftit snin ilu din kienet tibda mit-tarf ta\u2019 Triq il-Madonna u tmur lejn Misra\u0127 \u0126al Dwin u Triq Kandlora. \u0126ames snin ilu \u0121iet trasferita g\u0127al Triq il-Kbira minn \u0127dejn il-Kappella tad-Duluri, Misra\u0127 San Filep u Triq Sciortino. Hawn \u017cdiedu xi bandalori u saret statwa \u0121dida. Dis-sena saret tibdila o\u0127ra. Bdiet b\u2019quddiesa fil-kappella tal-An\u0121li \u010b\u010belebrata mid-Direttur Spiritwali Fr Philip Cutajar ofm u wara \u0127ar\u0121et il-vara \u017cg\u0127ira u mxiet minn Triq Tal-An\u0121li g\u0127al Triq il-Kbira, Misra\u0127 San Filep u Triq Sciortino. Kien esperiment li rnexxa, mat-tfal re\u0121g\u0127u \u0121ew bosta \u0121enituri u minbarra l-bandisti re\u0121g\u0127u daqqu wkoll l-aljievi.<\/p>\n<p>G\u0127al \u017cmien il-festa b\u0127as-soltu saru sensiela ta\u2019 attivitajiet so\u010bjali, kollha organizzati minn taqsimiet diversi tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep:<\/p>\n<ul class=\"sublist\">\n<li><b>Il-\u0126add 18 ta\u2019 Mejju<\/b> \u2013 ri\u010beviment g\u0127all-benefatturi tan-nar tal-festa;<\/li>\n<li><b>Il-\u0126amis 29 ta\u2019 Mejju<\/b> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-membri tal-G\u0127aqda;<\/li>\n<li><b>Is-Sibt 31 ta; Mejju<\/b> \u2013 BBQ kbir fi Triq Sciortino mill-grupp tan-nar, bi spettaklu minn diversi kantanti u mill-komiku Joe Demicoli;<\/li>\n<li><b>Il-\u0126add 1 ta\u2019 \u0120unju<\/b> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-membri tas-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127;<\/li>\n<li><b>It-Tnejn 2 ta\u2019 \u0120unju<\/b> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-benefatturi u mistednin spe\u010bjali tal-ka\u017cin.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Nhar <b>il-\u0126add 1 ta\u2019 \u0120unju<\/b> kmieni filg\u0127odu dilettanti tan-nar \u017caru l-kamra tan-nar ta\u2019 San Filep biex jaraw in-nar ippreparat biex jin\u0127araq tul il-\u0121img\u0127a tal-festa. Din il-kamra ta\u0127dem biss g\u0127all-festa ta\u2019 San Filep u hija l-unika f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 li ma ta\u0127dimx g\u0127an-negozju. G\u0127al \u0127abta ta\u2019 nofs inhar membri mi\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cini tal-festa ta\u2019 San Filep attendew g\u0127all-\u0127ru\u0121 privat tal-istatwa tal-patrun San Filep \u0121ewwa l-Knisja Ar\u010bipretali bi t\u0127ejjija g\u0127a\u010b-\u010berimonja ta\u2019 filg\u0127axija meta t-tfal imxew f\u2019pur\u010bissjoni fil-knisja bl-istatwa u ppre\u017centaw xemg\u0127at u fjuri lill-ar\u010bipriet. Ma tmiem din i\u010b-\u010berimonja l-Banda San Filep daqqet numru ta\u2019 mar\u010bi briju\u017ci madwar il-pjazza f\u2019mar\u010b li \u0127a madwar sieg\u0127a u nofs filwaqt li sar \u0127ruq ta\u2019 murtali tal-kulur u kaxxa infernali mill-Kamra tan-Nar ta\u2019 San Filep. Fi tmiem il-mar\u010b, bandisti mill-Banda San Filep ing\u0127aqdu flimkien ma\u2019 Mro Michael Ciantar fil-Bar tal-Ka\u017cin San Filep fejn daqqew b\u0127ala Jazz Band li fer\u0127et lil kull min attenda \u0121ewwa l-bar.<\/p>\n<p><b>It-Tnejn 2 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, saret il-quddiesa g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 organizzata mill-parro\u010b\u010ba \u0121ewwa l-Knisja Ar\u010bipretali, fejn \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mi\u017c-\u017cew\u0121 G\u0127aqdiet Bandisti\u010bi Filippini \u017bebbu\u0121in attendew bi \u0127\u0121arhom.<\/p>\n<div class=\"full lists-rounded last\">\n<p><b>It-Tlieta 3 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, il-Banda Santa Marija tal-Qrendi, mistiedna tal-G\u0127aqda KBSF g\u0127amlet mar\u010b fit-toroq ta\u2019 l-in\u0127awi ta\u2019 l-Infetti u misra\u0127 San Filep. Numru sabi\u0127 ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 allegraw lil kull min attenda bil-briju li \u0127olqu u fi tmiem is-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 telg\u0127et feature awdjo-vi\u017civ fuq \u0127idmiet id-diversi sezzjonijiet fi \u0127dan din l-g\u0127aqda. Il-pjazza kienet im\u017cejna bil-Bandalora l-kbira, l-umbrella mekkanizzata u l-imrew\u0127a, kollha xog\u0127ol i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-G\u0127aqda KBSF.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2376.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-179 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2376-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2376\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2254.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-178 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2254-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2254\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2175.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-177 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2175-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2175\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2126.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-176 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2126-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2126\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2121.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-175 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2121-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2121\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2092.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-174 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2092-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2092\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p>Mill-<b>Erbg\u0127a 4 ta\u2019 \u0120unju<\/b> \u2018l quddiem, il-Kamra tan-Nar San Filep \u0127arqg\u0127et salut \u017cg\u0127ir ta\u2019 murtali fit-8.00am, u f\u2019nofs inhar waqt li g\u0127al \u0127abta tas-7.00pm r-radju tal-Ka\u017cin BSF xandar dirett it-Tridu fuq il-frekwenza tal-ka\u017cin 106.3FM. Ukoll l-membri tal-Kamra tan-Nar San Filep bdew jarmaw in-nar tal-art fil-pjazza u fi Triq Sciortino li ftit minnu jin\u0127araq il-\u0126amis u l-bqija l-\u0120img\u0127a, l-a\u0127\u0127ar jumejn tat-Tridu.<\/p>\n<\/div>\n<div class=\"one-half last lists-rounded\">\n<p><b>Il-\u0126amis 5 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, il-Banda San Filep tellg\u0127et programm ta\u2019 mu\u017cika moderna u allegra b\u2019arran\u0121ament g\u0127al banda, minn fuq il-plan\u010bier tag\u0127ha ta\u0127t id-direzzjoni tas-surmast direttur Richard Bugeja*. Fi tmiem dan il-programm, il-banda kompliet permezz tal-mar\u010b tradizzjonali li kien akkumpanjat minn \u0127afna \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jallegaw u jifir\u0127u waqt li dawk aktar anzjani \u0127adu gost jisimg\u0127u l-banda u jaraw i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jifir\u0127u.\u00a0I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u0127adu \u0127sieb jarmaw il-Bandalora l-kbira, l-umbrella mekkanizzata u l-imrew\u0127a li \u0127admu huma stess f\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar snin. Fi tmiem il-mar\u010b n\u0127araq parti min-nar tal-art li ntrama mill-arti\u0121\u0121jani tal-Kamra tan-Nar San Filep.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2534.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-182 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2534-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2534\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2460.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-181 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2460-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2460\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2409.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-180 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2409-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2409\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p><b>Il-\u0120img\u0127a 6 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, il-Kamra tan-Nar San Filep tat spettaklu mpekkabbli ta\u2019 nar tal-art mekkanizzat li paxxa lil kull min rah u kompla jikkonferma l-kapa\u010bitajiet fl-in\u0121inerija u fil-piroteknika ta\u2019 dawk li \u0127admuh. Kellhom ra\u0121un ji\u010b\u010belebraw il-grupp tan-nar u l-poplu fera\u0127 mag\u0127hom. Malli n-nies \u0127allew il-pjazza, beda \u017c\u017carmar tal-irdieden biex isir wisa g\u0127al dawk ta\u2019 lejlet il-festa, xog\u0127ol li sar matul il-lejl.<\/p>\n<p><b>Is-Sibt 7 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, \u0127abta tad-9.30am beda l-ewwel sparar fil-\u0127in tad-Te Deum li jkun qed jitkanta fil-knisja. Fit-8.00 pm il-Banda San Filep bdiet mar\u010b minn \u0127dejn il-Bieb De Rohan u mexa tul Triq il-Kbira sal-pjazza. Fit-8.45pm delegazzjoni minn Agira \u017caret il-ka\u017cin fejn intlaqg\u0127et mill-president Dr Philip Sciortino u uffi\u010bjali o\u0127ra tal-G\u0127aqda. Fost dawk mid-delegazzjoni li ndirizzaw lil dawk pre\u017centi kien hemm ir-Rev Giuseppe La Giusa, Arcipriet t\u2019Agira u Sig Luigi Manno President tal-Consiglio Comunale t\u2019Agira.<br \/>\nFid-9.30pm il-Banda San Filep wettqet programm mu\u017cikali mill-aqwa fuq il-plan\u010bier, ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Richard Bugeja**. Il-comperes kienu Graziella Attard u Tanya Agius Borg. Folla sabi\u0127a assistiet u applawdiet bosta drabi. Mistednin spe\u010bjali g\u0127al dan il-programm kienu s-Sindku ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 Alfred Grixti, Signor Luigi Manno, l-Assesore Sig Nicola Valguarnera u l-Ar\u010bipriet Daniel Cardona. Lejn tmiem il-programm dawn kif ukoll Dr Philip Sciortino president tal-G\u0127aqda Ka\u017cin BSF ndirizzaw lil poplu u taw u qalg\u0127u rigali.<br \/>\nFl-istess \u0127in, il-Kamra tan-Nar San Filep tat wirja spettakulari ta\u2019 nar tal-ajru sinkronizzat mal-mu\u017cika. Folla o\u0127ra li riedet tara dan in-nar tiela\u2019 mill-art marret fit-toroq tal-qrib. Din is-sena l-grupp tan-nar \u0127ejjew g\u0127add ta\u2019 si\u0121\u0121ijiet fi Triq Giovanni Pulli\u010bino li nkrew lil dawk li marru hemm biex jaraw din il-wirja msemmija Pyro Rhapsody.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2695.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-185 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2695-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2695\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2693.jpg\">\u00a0<\/a><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2693.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-184 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2693-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2693\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a>\u00a0<a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2651.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-183 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_2651-300x200.jpg\" alt=\"IMG_2651\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a>\u00a0<a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_1975.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-171\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/IMG_1975-300x200.jpg\" alt=\"IMG_1975\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p><b>Il-\u0126add 8 ta\u2019 \u0120unju<\/b>, jum il-festa beda fit-8.00am bil-qudiesa sollenni bil-pani\u0121ierku li sar mir-Rev Joseph Mizzi. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u0127adu \u0127sieb jarmaw il-Bandalora kbira, l-umbrella mekkanizzata u l-imrew\u0127a fil-pjazza. Fl-10.00am il-Banda San Filep bdiet il-mar\u010b ta\u2019 filg\u0127odu li mill-pjazza mexa lejn iz-zoni tal-An\u0121li, tal-Kandlora u tal-Grazzja qabel re\u0121a lura fil-pjazza fejn il-folla kbira li kienet tistenniha mliet anke Triq Sciortino u parti minn Triq il-Kbira. Bosta libsu kpiepel u flokkijiet \u0127odor tal-festa waqt li o\u0127rajn xejjru bnadar bl-arma tal-banda jew stampa tal-istatwa ta San Filep. Saru kollegamenti diretti mir-radju tal-ka\u017cin mal-mar. Il-briju ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kien kbir u wara s-2.00pm komplew iffullaw il-bar tal-ka\u017cin.<br \/>\nFilg\u0127axija, qabel il-\u0127ru\u0121 tal-pur\u010bissjoni, l-Baned Queen Victoria ta\u017c-\u017burrieq u San Sebastjan ta\u2019 \u0126al-Qormi, t-tnejn mistiedna tal-Banda San Filep, g\u0127amlu \u017cew\u0121 mar\u010bi \u2013 tal-ewwel fl-in\u0127awi ta\u2019 \u0126al Mula u l-o\u0127ra fi Triq il-Kbira minn quddiem il-Coronation Bar. Fis-7.00pm mal-\u0127ru\u0121 tal-pur\u010bissjoni n\u0127araq salut tal-bomba, waqt li l-Banda Queen Victoria bdiet programm mu\u017cikali minn fuq palk apposta quddiem iz-zuntier. Il-kantanta Albertine Abela kantat l-Innu Popolari sakemm l-istatwa g\u0127addiet minn quddiem il-banda. Matul il-\u0127in tal-pur\u010bissjoni il-Kamra tan-nar San Filep g\u0127amlet \u0127arqa varjata ta\u2019 nar tal-ajru, beraq, sfejjer, murtali bil-log\u0127ob, u murtali tal-kulur li ntemmet b\u2019kaxxa tal-kulur. Tul l-a\u0127\u0127ar sieg\u0127a tal-pur\u010bissjoni, ji\u0121ifieri minn \u0127dejn il-kappella tad-Duluri \u2018l quddiem, il-pur\u010bissjoni kienet segwita minn \u017cew\u0121 baned: San Bartilmew u San Sebastjan. Tal-ewwel daqqet \u0127dejn id-Duluri u re\u0121g\u0127et fuq iz-zuntier. Tat-tieni minn fuq il-plan\u010bier fejn re\u0121g\u0127et kantat Albertine Abela. Mad-d\u0127ul tal-pur\u010bissjoni fl-10.00pm fil-knisja ng\u0127atat il-barka u saru r-ringrazzjamenti. I\u017c-\u017cew\u0121 gruppi tan-nar ing\u0127ataw mer\u0127ba x\u2019\u0127in waslu l-knisja jippre\u017centaw bukketti. Il-grupp tan-nar tal-Kamra tan-Nar San Filep qalg\u0127u applaws kbir. Wara l-Banda San Bartilmew g\u0127amlet il-mar\u010b tal-a\u0127\u0127ar li beda minn fuq iz-zuntier u mexa sal-Coronation Bar u lura sal-Ka\u017cin San Filep fejn intemm ma nofs il-lejl. F\u2019dak il-\u0127in waqaf ixandar ukoll ir-radju tal-ka\u017cin.<\/p>\n<\/div>\n<\/div>\n<p><!--\/pixgridder:column[col=1]--><!--\/pixgridder:row[cols=1]--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-Sena 2014 hija s-sena li tat lill-poplu \u017bebbu\u0121i l-opportunita li jara l-istatwa ta\u2019 San Filep, kapolavur fil-fidda b\u0127alma kienu rawha missierijietna g\u0127all-ewwel darba meta waslet fostna 151 sena ilu. Dan wara li tlesta xog\u0127ol kbir ta\u2019 restawr u konservazzjoni ta\u2019 dan il-monument artistiku meqjus b\u0127ala patrimonju nazzjonali mportanti. Wara sitt xhur ta\u2019 stennija l-istatwa re\u0121g\u0127et [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"page-templates\/page-sidebar-none.php","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-170","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/170","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=170"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/170\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5930,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/170\/revisions\/5930"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=170"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}