{"id":2098,"date":"2017-03-25T18:18:20","date_gmt":"2017-03-25T17:18:20","guid":{"rendered":"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/?page_id=2098"},"modified":"2025-07-14T16:20:36","modified_gmt":"2025-07-14T16:20:36","slug":"mro-salvatore-mallia-1872-1937","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/mro-salvatore-mallia-1872-1937\/","title":{"rendered":"Mro. Salvatore Mallia &#8211; (1872 \u2013 1937)"},"content":{"rendered":"<p><!--pixgridder:row[cols=1]--><!--pixgridder:column[col=1]--><\/p>\n<figure id=\"attachment_2099\" aria-describedby=\"caption-attachment-2099\" style=\"width: 237px\" class=\"wp-caption alignleft\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"wp-image-2099 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/03\/Mro.-Salvatore-Mallia-237x300.jpg\" alt=\"\" width=\"237\" height=\"300\" \/><figcaption id=\"caption-attachment-2099\" class=\"wp-caption-text\">Mro. Salvatore Mallia<\/figcaption><\/figure>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mro. Salvatore Mallia dderie\u0121a lill-Omm il-Baned Maltin u G\u0127awdxin g\u0127al tliet darbiet. Dan is-surmast \u0127a l-bakketta f\u2019idejh mill-1893 sal-1899, mill-1903 sal-1904 kif ukoll fis-sena 1921. Salvatore Peter Carmel Mallia, twieled fir-ra\u0127al pittoresk tas-Si\u0121\u0121iewi nhar is-Sibt, 21 ta\u2019 Settembru, 1872, minn Nikola Mallia u Rosa mwielda Scicluna. Huwa tg\u0127ammed l-g\u0127ada l-\u0126add fil-knisja parrokjali. Minn tfulitu, Salvatore kellu \u0121ibda qawwija lejn il-mu\u017cika. I\u017cda meta huwa wera lill-\u0121enituri tieg\u0127u x-xewqa sabiex jistudja din l-arti, dawn ma qablux mieg\u0127u. G\u0127alhekk, tg\u0127allem is-seng\u0127a ta\u2019 skarpan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huwa wera x-xewqa li jitg\u0127allem il-mu\u017cika lil nanntu Evan\u0121elista li kienet mill-Gudja. G\u0127alkemm il-\u0121enituri ta\u2019 Mallia baqg\u0127u m\u2019a\u010b\u010bettawx, nanntu xorta wa\u0127da qabbditu t-triq biex jistudja l-mu\u017cika. Wara ftit ta\u017c-\u017cmien hija xtratlu wkoll klarinett bil-mo\u0127bi tal-\u0121enituri. Dan it-tfajjel kien imur jistudja l-mu\u017cika u jdoqq il-klarinett f\u2019wa\u0127da mill-g\u0127elieqi tal-familja sabiex ma jurix lill-\u0121enituri tieg\u0127u dak li g\u0127amlet mieg\u0127u nanntu. Salvatore kellu wkoll id-delizzju tal-ka\u010b\u010ba. Nhar il-\u0126add, 19 ta\u2019 April, 1891, i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Salvatore ng\u0127aqad fis-sagrament ta\u017c-\u017cwie\u0121 mas-Sinjorina Marianna mwielda Aquilina. Huma kellhom \u0127ames ulied \u2013 \u0120u\u017ceppa, Karmenu, Nikola, Nazzareno u Emmanuele.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nhar is-Sibt 2 ta\u2019 Lulju, 1892, Salvatore kien \u0127alla s-seng\u0127a ta\u2019 skarpan u nga\u0121\u0121a b\u0127ala gunner mar-re\u0121iment tar-Royal Malta Artillery (RMA). Fis 6 ta\u2019 Lulju ta\u2019 sentjen wara, Mallia da\u0127al fil-banda tar-re\u0121iment bl-istrument euphonium. Nhar il-\u0120img\u0127a 6 ta\u2019 Di\u010bembru, 1904 is-surmast Mallia ng\u0127ata promozzjoni ta\u2019 Regimental Band Corporal. Fis-sena 1911, huwa ng\u0127ata midalja g\u0127a\u017c-\u017cmien twil li kien ilu fis-servizz kif ukoll g\u0127al kondotta tajba. Fis-sena 1914, Mro. Salvatore Mallia pparte\u010bipa fil-kampanja militari Expeditionary Force Malta tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Fir-re\u0121iment, Mallia kien meqjus b\u0127ala bniedem ta\u2019 servizz, dixxiplina, u onest\u00e0. Dawn il-karatteristi\u010bi po\u017cittivi \u0121eg\u0127luh ikun ma\u0127bub minn kul\u0127add, tant li g\u0127enuh sabiex jil\u0127aq Band Sergeant nhar il-\u0126add, 28 ta\u2019 Novembru, 1920, fejn issokkta jissa\u0127\u0127a\u0127 u jispe\u010bjalizza fl-arti mu\u017cikali. Bil-kapa\u010bit\u00e0 li wera f\u2019dan il-qasam mu\u017cikali, is-Sur\u0121ent Mro. Salvatore Mallia \u0121ie fdat bid-direzzjoni tal-istess banda tar-re\u0121iment, fl-assenza tas-surmast direttur ta\u2019 din il-banda. Wara servizz leali ta\u2019 tletin sena lejn il-Kuruna Ingli\u017ca u art twelidu, Mro. Mallia temm il-\u0127idma tieg\u0127u minn mar-re\u0121iment nhar is-Sibt, l-1 ta\u2019 Lulju, 1922.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Salvatore barra milli kien ta\u2019 widna tajba kien ukoll direttur kapa\u010bi u kkompona \u0127ahna mu\u017cika fosthom: intermezzi, preludji, opri, sinfoniji u mar\u010bi kemm trijonfali kif ukoll funebri. L-abilit\u00e0 tas-surmast Mallia fl-arti mu\u017cikali g\u0127amlitu kompo\u017citur u traskittur mill-a\u0127jar li kien hawn fil-G\u017cejjer Maltia. U\u0127ud mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u qed isebb\u0127u l-Arkivju tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep sal-\u0121urnata tal-lum. Dawn huma l-mar\u010bi funebri A Mio Figlio u Lamentable &#8211; Marcia Funebre (1928), il-mar\u010bi Religiosi San Filippo u San Michele u \u017c-\u017cew\u0121 mar\u010bi sinfoni\u010bi One Day Rest (1936) u Scherzo Ideale \u2116 2 (1935). Salvatore g\u0127andu \u017cew\u0121 traskrizjonijiet wa\u0127da mill-opra Don Carlos Fantasia ta\u2019 Giuseppe Verdi li kitibha fl-26.3.1936, kif ukoll mill-opra La Favorita Selizzjoni ta\u2019 Gaetano Donizetti li g\u0127amilha fl- 28.7.1933.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Maestro Salvatore Mallia serva ukoll b\u0127ala Surmast Direttur ma dawn il-baned: Is-Si\u0121\u0121iewi San Nikola (1901 \u2013 1935), Birkirkara Duke of Connaught\u2019s Own, (1905 \u2013 1906), \u0126al-Qormi San Sebastian (1911 \u2013 1920), Il-\u0126amrun San Gejtanu (1914 \u2013 1920), I\u017c-Zurrieq Queen Victoria (1919 \u2013 1924), \u0126al-Luqa L-Unione (1921 \u2013 1937), Ir-Rabat L\u2019Isle Adam (1924 &#8211; 1936) u l-Furjana Vilhena. Bejn is-sena 1919 u 1920 Salvatore g\u0127al ftit \u017cmien dderie\u0121a wkoll il-banda La Vallette bejn id-diretturi mu\u017cikali Giuseppe Vitaliti u Ettore Mattioli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Matul i\u017c-\u017cmien li s-Surmast Salvatore Mallia dam jidderie\u0121i l-Banda San Filep, se\u0127\u0127ew bosta avvenimenti. Fost l-aktar importanti nsibu dawn li \u0121ejjin:<\/p>\n<table>\n<tbody>\n<tr>\n<td width=\"83\">\n<p style=\"text-align: left;\">1894<\/p>\n<\/td>\n<td style=\"text-align: left;\" width=\"926\">Mro. Salvatore Mallia fl-eta ta\u2019 21 sena n\u0127atar surmast direttur mu\u017cikali tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonica San Filippo (1894 &#8211; 1899). Din kienet l-ewwel Banda li dderie\u0121a dan is-Surmast.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">22.03.1896<\/td>\n<td width=\"926\">Sar meeting kolossali fuq il-fosos tal-Furjana b\u0127ala protesta kontra x-xewqa tal-gvern biex ida\u0127\u0127al i\u017c-\u017cwie\u0121 \u010bivili. Wara l-meeting saret dimostrazzjoni mill-fosos tal-Furjana sal-Palazz tal-Isqof b\u02bc turija ta\u02bc rispet u solidarjeta mal-Kap spiritwali Mons. Pietro Pace l-Ar\u010bisqof ta\u02bc Malta. Il-Filarmonica San Filippo flimkien mal-baned o\u0127ra \u0127adet sehem f\u02bcdin\u00a0 isfilata ta\u2019 protesta organizzata mill-Awtorit\u00e0 Ekkle\u017cjastika. L-Ar\u010bipriet kien Dun Luigi Attard mill-Belt Vallatta (1891 &#8211; 1904).<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">23.05.1896<\/td>\n<td width=\"926\">Is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonica San Filippo \u0127adet sehem fil-festa tal-Madonna tal-\u0120ilju fl-Imqabba. Dak i\u017c-\u017cmien f\u02bcdin il-lokalit\u00e0 ka\u017cin wie\u0127ed kien\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 hemm u dan kien jorganizza \u017c-\u017cew\u0121 festi: ta\u2019 Santa Marija u tal-Madonna tal-\u0120ilju.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">09.08.1896<\/td>\n<td width=\"926\">Il-Filarmonica San Filippo \u0127adet sehem u daqqet mu\u017cika g\u0127all-festa ta\u2019 San Lawrenz, fil-parro\u010b\u010ba tal-Birgu.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">20.06.1897<\/td>\n<td width=\"926\">Is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonica San Filippo \u0127adet sehem flimkien ma\u2019 baned o\u0127ra \u010bivili u militari fi sfilata kbira li saret biex jitfakkar il-\u0121ublew\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u00a0tad-djamanti tar-Re\u0121ina Victoria f\u2019g\u0127eluq it-62 sena tag\u0127ha. Il-baned kienu n\u0121abru fuq il-fosos tal-Furjana u daqqew u mxew wara xukxin sal-Belt fejn fi Pjazza Re\u0121ina sellmu l-istatwa xbieha tag\u0127ha bid-daqq\u00a0 tal-<em>God Save The Queen<\/em>.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">1903<\/td>\n<td width=\"926\">Mro. Salvatore Mallia re\u0121a\u02bc n\u0127atar surmast direttur mu\u017cikali tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika San Filippo (1903 &#8211; 1904).<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">27.09.1903<\/td>\n<td width=\"926\">Fl-okka\u017cjoni tal-inawgurazzjoni tas-Salib tal-G\u0127olja fil-limiti fis-Si\u0121\u0121iewi u bil-barka tal-Papa Ljun XIII. Li dan is-Salib huwa mag\u0127ruf\u00a0 ukoll b\u0127al \u2018<em>Laferla Cross<\/em>\u2019, g\u0127all-Promotur Tieg\u0127u, Dun Pawl Laferla. Is-salib tberek minn Monsinjur Isqof Salvatore Gaffiero. Sar programm mu\u017cikali mill-Baned San Filippo ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u Nicolina tas-Si\u0121\u0121iewi ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Salvatore Mallia. Din i\u010b-\u010berimonja \u0121iet imfakkra bit-twaqqif ta\u02bc lapida tal-ir\u0127am fuq il-pedistall tas-salib.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">11.09.1904<\/td>\n<td width=\"926\">Din is-sena waslet l-istatwa tal-Beata Vergine tad-Duluri f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 minn Lecce. Is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika San Filippo wetqet programm mu\u017cikali ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Salvatore Mallia. Il-Filarmonika San Filippo kienet tipparte\u010bipa kull sena mu\u017cikalment fil-festa tad-Duluri. Is-So\u010bjet\u00e0 kienet ukoll torganizzalha festa sekondarja sabi\u0127a, bil-log\u0127ob tan-nar u kienet ti\u017c\u017cejjen ukoll il-pjazza. Dan dam isir g\u0127al bosta snin wara.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"83\">1921<\/td>\n<td width=\"926\">Mro. Salvatore Mallia g\u0127at-tielet darba re\u0121a\u02bc n\u0127atar surmast direttur \u00a0tal-Banda San Filep (1921).<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td style=\"text-align: left;\" width=\"83\">01.11.1921<\/td>\n<td width=\"926\">\n<p style=\"text-align: left;\">Il-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 dan is-Surmast Salvatore Mallia flimkien ma\u2019 baned o\u0127rajn \u0127adet sehem meta \u0121iet fis-se\u0127\u0127 l-ewwel kostituzzjoni u gvern responsabbli. Fi\u010b-celebrazzjonijiet kien hemm pre\u017centi l-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u l-Prin\u010bep Dwardu, Prin\u010bep ta\u2019 Wales li \u0121ie Malta g\u0127all-okka\u017cjoni.<\/p>\n<\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Mulej g\u0127o\u0121bu jsejja\u0127 lil Mro. Salvatore Mallia b\u2019mewta \u0127esrem nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira, proprju fis-26 ta\u2019 Marzu tas-sena 1937 f\u2019g\u0127omor ta\u2019 65 sena. Din \u0121rat g\u0127all-\u0127abta ta\u2019 l-erbg\u0127a u kwart ta\u2019 fil-g\u0127odu fir-residenza tieg\u0127u 30, triq San \u0120akbu, s-Si\u0121\u0121iewi. Fil-funeral tieg\u0127u, li sar l-g\u0127ada s-Sibt, il-Baned San Nikola, L\u2019Isle Adam u Unjoni, mag\u0127quda f\u2019banda wa\u0127da, daqqew mar\u010bi funebri. Is-So\u010bjeta Filarmonica San Filippo attendiet b\u2019raprezentanza kbira mill-kumitat, surmast, bandisti u mumbri.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aqdiet Mu\u017cikali o\u0127ra minn kull lokalit\u00e0 ta\u2019 Malta kif ukoll mill-banda re\u0121imentali tal-RMA kienu rappre\u017centati permezz ta\u2019 sitta u tletin stendard. Bosta kuruni tal-ward akkumpanjaw ukoll it-tebut tal-mejjet surmast u l-isba\u0127 kuruna kienet dik li ng\u0127atat minn wie\u0127ed tallab mill-Belt Valletta, li mieg\u0127u Mallia kien ferm karitattiv. Id-difna tieg\u0127u saret fil-knisja parrokkjali tas-Si\u0121\u0121iewi. Il-mewt ta\u2019 dan il mibki Surmast n\u0127asset minn kul\u0127add, i\u017cda bla dubju mill-g\u0127a\u017ci\u017ca martu Marianna, tant li mietet \u0127amest ijiem warajh.<\/p>\n<p>[row] [onethird]<\/p>\n<figure id=\"attachment_2106\" aria-describedby=\"caption-attachment-2106\" style=\"width: 212px\" class=\"wp-caption alignleft\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"wp-image-2106 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/03\/Is-Salib-tal-G\u0127olja-212x300.jpg\" alt=\"\" width=\"212\" height=\"300\" \/><figcaption id=\"caption-attachment-2106\" class=\"wp-caption-text\">Is-Salib tal-G\u0127olja<\/figcaption><\/figure>\n<p>[\/onethird]<\/p>\n<p>[onethird]<\/p>\n<figure id=\"attachment_2107\" aria-describedby=\"caption-attachment-2107\" style=\"width: 196px\" class=\"wp-caption alignnone\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"wp-image-2107 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/03\/Il-Madonna-tad-Duluri-196x300.jpg\" alt=\"\" width=\"196\" height=\"300\" \/><figcaption id=\"caption-attachment-2107\" class=\"wp-caption-text\">Il-Madonna tad-Duluri<\/figcaption><\/figure>\n<p>[\/onethird]<br \/>\n[onethird]<\/p>\n<figure id=\"attachment_2108\" aria-describedby=\"caption-attachment-2108\" style=\"width: 223px\" class=\"wp-caption alignnone\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"wp-image-2108 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/03\/Partitura-ta\u2019-Don-Carlos-223x300.jpg\" alt=\"\" width=\"223\" height=\"300\" \/><figcaption id=\"caption-attachment-2108\" class=\"wp-caption-text\">Partitura ta\u2019 Don Carlos<\/figcaption><\/figure>\n<p>[\/onethird] [\/row]<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Referenzi:<\/strong><br \/>\nKtieb tal-Festa ta\u2019 San Filep 1995 (Pa\u0121ni 55 u 56)<br \/>\nAvvenimenti u Arkivju tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep 1851 &#8211; 2016<br \/>\nSchiavone Michael (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol.2, Pa\u0121na 1079<\/p>\n<p style=\"text-align: right;\">Ri\u010berka tal-Arkivista l-Kav. John Gaf\u00e0 \u00a9<\/p>\n<p><!--\/pixgridder:column[col=1]--><!--\/pixgridder:row[cols=1]--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mro. Salvatore Mallia dderie\u0121a lill-Omm il-Baned Maltin u G\u0127awdxin g\u0127al tliet darbiet. Dan is-surmast \u0127a l-bakketta f\u2019idejh mill-1893 sal-1899, mill-1903 sal-1904 kif ukoll fis-sena 1921. Salvatore Peter Carmel Mallia, twieled fir-ra\u0127al pittoresk tas-Si\u0121\u0121iewi nhar is-Sibt, 21 ta\u2019 Settembru, 1872, minn Nikola Mallia u Rosa mwielda Scicluna. Huwa tg\u0127ammed l-g\u0127ada l-\u0126add fil-knisja parrokjali. Minn tfulitu, Salvatore [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"page-templates\/page-sidebar-none.php","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-2098","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/2098","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2098"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/2098\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5959,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/2098\/revisions\/5959"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2098"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}