{"id":251,"date":"2014-12-30T19:13:54","date_gmt":"2014-12-30T18:13:54","guid":{"rendered":"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/TestSite\/?page_id=251"},"modified":"2025-07-14T16:20:22","modified_gmt":"2025-07-14T16:20:22","slug":"aspetti-mill-festa-tal-2011","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/aspetti-mill-festa-tal-2011\/","title":{"rendered":"Aspetti mill-Festa tal-2011"},"content":{"rendered":"<div class=\"full last\">\n<ul>\n<li><strong>Il-festa tal-2011<\/strong> infet\u0127et uffi\u010bjalment fit-<strong>12 ta\u2019 Mejju<\/strong> meta l-Banda San Filep g\u0127amlet mar\u010b briju\u017c fit-toroq ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u r-radju tal-komunita tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep beda jxandar fuq il-frekwenza 106.3 FM. Din is-sena ir-radju re\u0121a\u2019 kien jinqabad ukoll fuq l-internet. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u017can\u017cnu CD \u0121dida ta\u2019 kanzunetti m\u017cewqa g\u0127all-festa. Dak inhar beda jitqassam il-fuljett bil-kulur \u201cTa\u2019 L-Istilla\u201d u \u0127ar\u0121et g\u0127all-bejg\u0127 munita kommemorattiva tal-160 sena tal-banda.<\/li>\n<li>Nhar <strong>l-Erbg\u0127a l-1 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> saret il-pur\u010bissjoni ta\u2019 San Filep tat-tfal akkumpanjati minn \u017cew\u0121 gruppi ta\u2019 bandisti: fuq quddiem kien hemm banda tal-aljievi u warajha Banda ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro Michael Ciantar. Il-pur\u010bissjoni bdiet minn \u0127dejn il-Kappella tad-Duluri u g\u0127addiet minn Triq il-Kbira, Misra\u0127 San Filep u Triq Sciortino. Wara l-pur\u010bissjoni t-tfal kellhom attivit\u00e0 rikrejattiva fil-ka\u017cin.<\/li>\n<li>Nhar <strong>il-\u0126amis 2 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> sar ir-ri\u010beviment annwali g\u0127all-membri fil-ka\u017cin.<\/li>\n<\/ul>\n<p><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/X_14_Henning.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-253 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/X_14_Henning-300x205.jpg\" alt=\"X_14_Henning\" width=\"300\" height=\"205\" \/><\/a>\u00a0<img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-254 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/X_25_Henning-300x188.jpg\" alt=\"X_25_Henning\" width=\"327\" height=\"205\" \/>\u00a0<a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC3343.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-255 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC3343-300x200.jpg\" alt=\"_DSC3343\" width=\"308\" height=\"205\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4730.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-256 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4730-300x200.jpg\" alt=\"_DSC4730\" width=\"308\" height=\"205\" \/>\u00a0<\/a><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4808.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-258 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4808-300x200.jpg\" alt=\"_DSC4808\" width=\"336\" height=\"224\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0221.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-269 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0221-300x225.jpg\" alt=\"DSCF0221\" width=\"300\" height=\"225\" \/>\u00a0<\/a><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0261.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-270 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0261-300x225.jpg\" alt=\"DSCF0261\" width=\"300\" height=\"225\" \/><\/a><\/p>\n<ul>\n<li>I\u017c\u017can\u017can pavaljun tad-drapp bl-emblema tal-Banda San Filep, li ddendel mal-gallerija. Il-\u0120img\u0127a 3 ta\u2019 \u0120unju, f\u2019Misra\u0127 San Filep sar programm mu\u017cikali spe\u010bjali mill-Banda San Filep, ta\u0127t il-patro\u010binju tal-Prim Ministru, l-Onorevoli Dr Laurence Gonzi.\u00a0Dan il-kun\u010bert kien jikkommemora il-160 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda San Filep, l-eqdem wa\u0127da fil-g\u017cejjer Maltin. Il-Banda San Filep kienet ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro Richard Bugeja FLCM,FVCM(Hons.). Ippresentaw Graziella Attard u Brian Bonnici. Matul il-programm i\u017c\u017can\u017can il-pedestall ta\u2019 San Filep jiskon\u0121ra li \u0121ie restawrat kollu mill-grupp tal-armar tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep.<\/li>\n<li><strong>Is-Sibt 4 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, fi Triq Sciortino saret l-ikla l-kbira ta\u2019 qabel il-festa, organizzata mill-Kummissjoni Nar tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep. Kien hemm divertiment minn bosta kantanti u minn Joe Demicoli.<\/li>\n<li><strong>Il-\u0126add 5 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, filg\u0127odu kien hemm ir-ri\u010beviment annwali tas-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 fil-Ka\u017cin Banda San Filep. Beda jitqassam il-ktieb tal-festa mitbug\u0127 mill-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep AD1851.\u00a0Filg\u0127axija il-Banda San Filep g\u0127amlet mar\u010b fi tmiem il-funzjoni tal-\u0127ru\u0121 tal-istatwa ta\u2019 San Filep min-ni\u010b\u010ba. Beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Ar\u010bipretali u g\u0127adda g\u0127al Misra\u0127 San Filep u Triq Sciortino. Kien hemm ukoll \u0127ruq ta&#8217; murtali tal-log\u0127ob, tal-kulur u kaxxa nfernali.<\/li>\n<li><strong>It-Tnejn 6 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> filg\u0127axija fil-ka\u017cin sar ir-ri\u010beviment annwali g\u0127all-mistednin spe\u010bjali u benefatturi.<\/li>\n<li><strong>It-Tlieta 7 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, il-Banda Santa Marija tal-Qrendi, mistiedna mill-Banda San Filep, g\u0127amlet mar\u010b li beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Ar\u010bipretali g\u0127al Misra\u0127 San Filep u g\u0127adda minn dawn it-toroq: L-Isqof, De Rohan, il-Kbira, Miju \u017barb, Vjal il-\u0126elsien, Santu Rokku, Mamo, is-Si\u0121\u0121iewi, Sant\u2019Antnin, il-Knisja, il-Parro\u010b\u010ba, San \u0120u\u017cepp, Madonna tal-An\u0121li, il-Kbira u intemm f\u2019Misra\u0127 San Filep. Fi tmiem il-mar\u010b i\u017c\u017can\u017cnet bandiera kbira mog\u0127tija lill-ka\u017cin mis-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u mpittra minn Joe Tanti. Is-serata g\u0127alqet b\u2019rappre\u017centazzjni awdjo-vi\u017civa fuq skrin kbir fi Triq Sciortino li ttrattat il-160 anniversarju tal-Banda San Filep.<\/li>\n<li><strong>Il-\u0126amis 9 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, sar mar\u010b mill-Banda San Filep minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Ar\u010bipretali g\u0127al Misra\u0127 San Filep u g\u0127adda minn dawn it-toroq: il-Parro\u010b\u010ba (b\u2019waqfa g\u0127and l-Ar\u010bipriet), Sciortino, Lorenzo Gaf\u00e0, Filippo Calleja, L-Isqof Caruana, Dun Mikiel Xerri, Id-Duluri, il-Kbira u intemm f\u2019Misra\u0127 San Filep. Fil-bidu tal-mar\u010b i\u017c\u017can\u017cnet colonna \u0121dida tal-Evan\u0121eliti tal-pjazza lesta mil-lavur u \u017c-\u017cebg\u0127a. Matul il-mar\u010b kien hemm \u0127ruq ta\u2019 nar ta\u2019 l-ajru u fit-tmiem nar tal-art mis-St Philip Fireworks Factory.<\/li>\n<li><strong>Il-\u0120img\u0127a 10 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, waslet f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 l-urna tal-fidda bl-g\u0127adam ta\u2019 San Filep li n\u0121abet mill-Kunsill Lokali minn Agira fi Sqallija. Din kienet l-ewwel darba li din l-urna \u0127ar\u0121et \u2018il barra mill-Italja. Flimkien mal-Kunsill Lokali u l-parro\u010b\u010ba kien hemm it-tfal tal-iskejjel u rappre\u017centanti tal-ka\u017cini tal-banda \u017bebbu\u0121in jakkumpanjaw l-urna li minn \u0127dejn il-Bieb De Rohan ittie\u0127det pro\u010bessjonalment sal Kappella tal-Madonna tal-Grazzji. Bil-lejl saret wirja spettakulari ta\u2019 nar tal-art mis-St Philip Fireworks Factory li kienet iffilmjata minn truppa tan-National Geographic Magazine biex minnha jda\u0127\u0127lu silta f\u2019dokumentarju dwar l-i\u017cvilupp tal-log\u0127ob tan-nar. Biex i\u0127ejju dan id-dokumentarju,din it-truppa \u017caret i\u010b-\u010aina, l-Italja, Malta u l-Amerika. L-ispe\u010bjalit\u00e0 li sabu f\u2019Malta kienet il-mekkanizzazzjoni fin-nar tal-art. Dehru sodisfatti \u0127afna b\u2019dak li raw u \u0121ibdu. Huma \u0121ew wara kuntatti li kienu g\u0127amlu ma Dr Godfrey Farrugia.<\/li>\n<li><strong>Is-Sibt 11 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, lejlet il-festa, filg\u0127odu sar \u0127ruq ta\u2019 nar ta\u2019 l-ajru waqt it-Te Deum, wara nofs inhar waqt it-translazzjoni u bil-lejl spettaklu kbir ta\u2019 nar tal-kulur matul il-programm tal-banda. Filg\u0127odu, l-urna ta\u2019 San Filep ittie\u0127det mill-Kappella tal-Grazzja g\u0127al dik tal-Madonna tal-An\u0121li minfejn wara nofs inhar ittie\u0127det pro\u010bessjonalment g\u0127all-Knisja Parrokkjali waqt it-translazzjoni solenni. Kmieni wara nofs inhar, Ruth Castillo, \u0121urnalista ma l-istazzjon nazzjonali tat-televi\u017cjoni TVM intervistat lil Dr Godfrey Farrugia dwar l-ispettaklu tan-nar tal-ajru li s-St. Philip fireworks factory kellha ppreparat g\u0127al filg\u0127axija u li kien se jin\u0127araq bis-sistema kompjuterizzata Fire-One. L-intervista saret fl-g\u0127alqa tal-\u0127ruq fejn kien di\u0121a ppreparat in-nar u xxandret it-Tnejn 13 ta\u2019 \u0120unju 2011. Il-Banda San Filep g\u0127amlet mar\u010b qasir minn \u0127dejn il-Bieb De Rohan, g\u0127al Triq il-Kbira sa Misra\u0127 San Filep. Wara il-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro Richard Bugeja, FLCM, FVCM(Hons.) g\u0127amlet programm vokali u strumentali, f\u2019Misra\u0127 San Filep,. \u0126adu sehem il-vjolinista Dr. Joseph Chetcuti, is-Sopran Joan Mangion, it-Tenur Joseph Aquilina, il-Baritonu Ivan Vella, u l-Kor Mirabitur immexxi minn Simone Attard. Ippre\u017centaw Graziella Attard u Peter Paul Ciantar.<\/li>\n<\/ul>\n<p><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC7221.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-259 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC7221-300x214.jpg\" alt=\"_DSC7221\" width=\"315\" height=\"225\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4731.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-257 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSC4731-300x200.jpg\" alt=\"_DSC4731\" width=\"338\" height=\"225\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/110512-Zebugg-Abends-403_Henning.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-260 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/110512-Zebugg-Abends-403_Henning-300x200.jpg\" alt=\"110512 Zebugg Abends 403_Henning\" width=\"338\" height=\"225\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0032.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-265 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0032-300x225.jpg\" alt=\"DSCF0032\" width=\"300\" height=\"225\" \/><\/a><a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0096.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-267 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0096-300x225.jpg\" alt=\"DSCF0096\" width=\"300\" height=\"225\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0098.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-268 size-medium\" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/DSCF0098-300x225.jpg\" alt=\"DSCF0098\" width=\"300\" height=\"225\" \/><\/a> <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/Pic110.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignnone wp-image-275 \" src=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/12\/Pic110-300x200.jpg\" alt=\"Pic1\" width=\"335\" height=\"223\" \/><\/a><\/p>\n<ul>\n<li><strong>Il-\u0126add 12 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, bejn id-9:15 u s-13:15 sar il-mar\u010b ta\u2019 filg\u0127odu mill-Banda San Filep li beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Ar\u010bipretali g\u0127al Misra\u0127 San Filep u g\u0127adda minn dawn it-toroq: Sciortino, il-Parro\u010b\u010ba, San \u0120u\u017cepp, \u0126ali, Pawlu Debono, Prin\u010bep Ba\u017ciliku, \u0126al Dwin, Pela\u0121ju Mifsud, Karlu Gimach, il-Mit\u0127na, Fra Ferd Mattei, Fran\u0121isku \u017bahra, Madonna Tal-Grazzja, il-Kbira u ntemm f\u2019Misra\u0127 San Filep fejn il-banda telg\u0127et fuq il-plan\u010bier biex tgawdiet a\u0127jar mill-partitarji li mlew Triq Sciortino, Triq il-Kbira u Misra\u0127 San Filep. Fis-18:00 beda mar\u010b mill-Banda Pinto, San Sebastjan ta\u2019 \u0126al Qormi, mistiedna tal-Banda San Filep. G\u0127adda minn dawn it-toroq: \u0120anni Bonnici, \u0126al Mula, Dun Salv Trevisan, Ludoviko Mifsud Tommasi, is-Sindku Vella, Mamo, Sant\u2019Antnin u Misra\u0127 San Filep fejn din il-banda g\u0127amlet programm fuq il-palk quddiem iz-zuntier, waqt il-\u0127ru\u0121 tal-pur\u010bissjoni. Fis-19:00, il-Banda Queen Victoria ta\u017c-\u017burrieq, mistiedna tal-Banda San Filep, g\u0127amlet mar\u010b minn Triq il-Kbira (quddiem il-Coronation Bar) g\u0127al Triq Sciortino (sal Golden Lion Bar) u lura lejn Misra\u0127 San Filep. Wara g\u0127amel programm mu\u017cikali fuq il-plan\u010bier tal-Banda San Filep, li matulu sellmet lill-istatwa u lill-Urna ta\u2019 San Filep waqt li dawn g\u0127addew pro\u010bessjonalment minn quddiem il-ka\u017cin \u0121o Misra\u0127 San Filep. Fid-21:00, il-Banda San Bartilmew tal-G\u0127arg\u0127ur, mistiedna tal-Banda San Filep, laqg\u0127et il-pur\u010bissjoni bl-istatwa u bl-Urna ta\u2019 San Filep \u0127dejn il-Kappella tad-Duluri. Meta l-pur\u010bissjoni qasmet Misra\u0127 San Filep u waslet fuq iz-zuntier, din il-banda kien hemm lesta biex ter\u0121a\u2019 tilqaha sakemm tid\u0127ol fil-knisja. Is-St. Philip Fireworks Factory tat spettaklu ta\u2019 nar tal-ajru matul il-\u0127in tal-pur\u010bissjoni. Dan beda b\u2019salut, kompla bil-kaxxa tal-\u0127ru\u0121, murtali u murtaletti. X\u2019\u0127in dalam l-ispettaklu qaleb g\u0127all-kulur u g\u0127alaq bil-kaxxa tad-d\u0127ul. Wara d-d\u0127ul tal-pur\u010bissjoni waslu fil-knisja il-grupp tan-nar biex jirringrazzjaw u jsellmu lil San Filep bil-fjuri. Wara l-barka il-Banda San Bartilmew tal-G\u0127arg\u0127ur, g\u0127amlet il-mar\u010b tad-dilettanti tan-nar, li beda minn fuq iz-zuntier u mexa g\u0127al Misra\u0127 San Filep u Triq il-Kbira u ntemm f\u2019nofs il-lejl quddiem il-Ka\u017cin San Filep, fl-g\u0127eluq tal-festa.<\/li>\n<li><strong>It-Tlieta 14 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, fil-ka\u017cin saret l-ikla ta\u2019 wara l-festa organizzata mis-Sezzjoni Nisa tal-ka\u017cin.<\/li>\n<li><strong>24 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> fil-Knisja Ar\u010biretali saret quddiesa ta\u2019 radd il-\u0127ajr g\u0127al festa mitmuma b\u2019wi\u010b\u010b il-\u0121id.<\/li>\n<\/ul>\n<\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-festa tal-2011 infet\u0127et uffi\u010bjalment fit-12 ta\u2019 Mejju meta l-Banda San Filep g\u0127amlet mar\u010b briju\u017c fit-toroq ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u r-radju tal-komunita tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep beda jxandar fuq il-frekwenza 106.3 FM. Din is-sena ir-radju re\u0121a\u2019 kien jinqabad ukoll fuq l-internet. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u017can\u017cnu CD \u0121dida ta\u2019 kanzunetti m\u017cewqa g\u0127all-festa. Dak inhar beda jitqassam il-fuljett bil-kulur \u201cTa\u2019 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"page-templates\/page-sidebar-none.php","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-251","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/251","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=251"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/251\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5927,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/251\/revisions\/5927"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=251"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}