{"id":3035,"date":"2018-07-12T20:52:13","date_gmt":"2018-07-12T19:52:13","guid":{"rendered":"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/?page_id=3035"},"modified":"2025-07-14T16:20:22","modified_gmt":"2025-07-14T16:20:22","slug":"aspetti-mill-festa-tal-2018","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/aspetti-mill-festa-tal-2018\/","title":{"rendered":"Aspetti mill-Festa tal-2018"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: left;\">It-t\u0127ejjijiet g\u0127all-festa jsiru tul is-sena kollha imma jaqbdu rittmu aktar mg\u0127a\u0121\u0121el tul ix-xahar ta\u2019 Mejju. L-armar tat-toroq, il-kun\u010berti tal-banda, il-pubblikazzjoni tal-ktieb tal-festa, il-\u0121bir tar-riklami, l-programm tal-kompjuter g\u0127as-sinkronizzar tal-\u0127arqa tan-nar tal-ajru mal-mu\u017cika f\u2019lejlet il-festa u aktar tard l-armar tal-arkata kbira fil-g\u0127alqa tal-\u0127ruq, l-a\u0127\u0127ar irtokki fuq xi rdieden \u0121odda, it-T-<em>shirts<\/em> \u0121odda li huma mfittxija ferm fi \u017cmien il-festa, l-a\u0127\u0127ar ftit coffee mornings u ikliet li minnhom jin\u0121abru fondi b\u017conju\u017ci, u r-radju tal-ka\u017cin li jxandar is-sena kollha jaqleb fuq skeda spe\u010bjali, dejjem fuq 106.3FM. Wie\u0127ed jista\u2019 jsegwi wkoll dak li jkun qed ji\u0121ri fil-pjazza tul is-sena kollha minn fuq l-internet billi j\u017cur is-sit elettroniku <a href=\"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/\">www.bandasanfilep.com.mt<\/a>.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\">\n<li><strong>Bidu tal-Festa<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Il-festa ta\u2019 San Filep f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 bdejniha b\u2019quddiesa fil-Knisja Ar\u010bipretali fl-10 ta\u2019 Mejju fis-sehem tal-Banda ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127. L-g\u0127ada fis-Sala Mayfair sar il-programm ta\u2019 Jum l-Omm mill-Banda ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u aljievi tal-iskola tal-mu\u017cika fl-okka\u017cjoni ta\u2019 Jum l-Omm. Imbag\u0127ad fit-12 ta\u2019 Mejju, il-jum litur\u0121iku tal-festa ta\u2019 San Filep, mat-tokki tat-tmienja ta\u2019 filg\u0127odu u wkoll ta\u2019 nofs inhar, il-Kamra tan-Nar San Filep \u0127abbret l-ftu\u0127 tal-festa bil-\u0127ruq ta\u2019 murtali tal-bomba u tal-beraq. Filg\u0127axija wara \u010b-\u010berimonja tal-knisja, il-Banda San Filep permezz tal-mar\u010bi briju\u017ci li daqqiet madwar it-toroq tax-xaqliba ta\u2019 \u0126al-Muxi kompliet tferra\u0127 anke lil dawk li ma setg\u0127ux jing\u0127aqdu \u0121ewwa l-pjazza. Dan kien akkumpanjat minn programm ta\u2019 murtali tal-bomba u o\u0127rajn tal-kulur u bil-log\u0127ob, xog\u0127ol il-Kamra tan-Nar San Filep. Is-servizz tal-banda kompla b\u2019mar\u010b mimli briju quddiem is-sede tal-Ka\u017cin Banda San Filep, mar\u010b li g\u0127alih attendiet folla numeru\u017ca ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Dan intemm g\u0127all-\u0127abta tal-11:30pm.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"2\">\n<li><strong>Pur\u010bissjoni ta\u2019 San Filep mit-tfal<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Il-Klabb Tfal tal-Istilla tal-Ka\u017cin Banda San Filep re\u0121a\u2019 organizza l-pur\u010bissjoni tradizzjonali ta\u2019 San Filep \u201ci\u017c-\u017cg\u0127ir\u201d nhar l-Erbg\u0127a 30 ta\u2019 Mejju 2018. F\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn il-quddiesa \u010b\u010belebrata minn Fr Philip Cutajar ofm, direttur Spiritwali bdiet issir fuq iz-zuntier tal-kappella tal-Madonna tal-An\u0121li g\u0127ax il-kappella saret \u017cg\u0127ira g\u0127an-nies li jattendu. Fi tmiem il-quddiesa bdiet miexja l-pur\u010bissjoni bl-istatwa \u017cg\u0127ira ta\u2019 San Filep merfug\u0127a mit-tfal u akkumpanjata minn tfal o\u0127rajn i\u0121orru bandalori kkuluriti kif ukoll minn g\u0127add ta\u2019 aljievi u bandisti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Banda San Filep immexxija minn Mro Michael Ciantar, li daqqew tul it-triq tal-pur\u010bissjoni. G\u0127addiet minn Triq Sidtna tal-An\u0121li, Triq il-Kbira, daret ma Misra\u0127 San Filep u ma parti minn Triq Antonio Sciortino. Fi tmiem il-pur\u010bissjoni, t-tfal kellhom festin fis-Sala Mayfair tal-Ka\u017cin San Filep organizzat mill-Klabb Tfal tal-Istilla.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_3950-300x200.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"aligncenter wp-image-3041 size-medium\" src=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_3950-300x200.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_3958-300x200.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"aligncenter wp-image-3042 size-medium\" src=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_3958-300x200.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a> <a href=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_4030.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"aligncenter wp-image-3043 size-medium\" src=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/IMG_4030-300x200.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"200\" \/><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Din il-pur\u010bissjoni saret tradizzjoni li kienet issir fis-snin \u0127amsin minn partitarji tal-Ka\u017cin Banda San Filep, meta kien jie\u0127u \u0127siebha <strong>Pinu n-Nekejjek <\/strong>u wara fis-snin tmenin dejjem tas-seklu g\u0127oxrin re\u0121g\u0127a taha l-\u0127ajja l-mibki John Ciantar, meta kienet tibda mit-tarf ta\u2019 Triq il-Madonna u tmur lejn Misra\u0127 \u0126al Dwin u Triq Kandlora, bis-sehem tal-Banda San Filep. Fl-2009 \u0121iet trasferita g\u0127al Triq il-Kbira minn \u0127dejn il-Kappella tad-Duluri, Misra\u0127 San Filep u Triq Sciortino. Hawn \u017cdiedu xi bandalori u saret statwa \u0121dida. Imbag\u0127ad fl-2014 bdiet issir mill-kappella tal-An\u0121li u tibda bi\u010b-\u010belebrazzjoni tal-quddiesa mid-Direttur Spiritwali Fr Philip Cutajar ofm.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"3\">\n<li><strong>Attivitajiet so\u010bjali <\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">G\u0127al \u017cmien il-festa b\u0127as-soltu saru sensiela ta\u2019 ri\u010bevimenti so\u010bjali organizzati minn taqsimiet differenti tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep:<\/p>\n<ul style=\"text-align: left;\">\n<li><strong>Il-\u0126add 27 ta\u2019 Mejju<\/strong> \u2013 ri\u010beviment g\u0127all-benefatturi tan-nar tal-festa;<\/li>\n<li><strong>Il-\u0126amis 31 ta\u2019 Mejju<\/strong> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-membri tal-G\u0127aqda;<\/li>\n<li><strong>Is-Sibt 2 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> \u2013 BBQ kbir fi Triq Sciortino mill-grupp tan-nar, bi spettaklu minn diversi kantanti u mill-komiku Joe Demicoli;<\/li>\n<li><strong>Il-\u0126add 3 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-membri tas-Sezzjoni \u017bg\u0127a\u017cag\u0127;<\/li>\n<li><strong>It-Tnejn 4 ta\u2019 \u0120unju<\/strong> &#8211; ri\u010beviment g\u0127all-benefatturi u mistednin spe\u010bjali tal-ka\u017cin.<\/li>\n<\/ul>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"4\">\n<li><strong>Jum il-\u0126ru\u0121 min-Ni\u010b\u010ba &#8211; <\/strong><strong>il-\u0126add 3 ta\u2019 \u0120unju<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Filg\u0127odu dilettanti tan-nar \u017caru l-kamra tan-nar ta\u2019 San Filep biex jaraw in-nar ippreparat biex jin\u0127araq tul il-\u0121img\u0127a tal-festa. Din il-kamra ta\u0127dem biss g\u0127all-festa ta\u2019 San Filep u hija l-unika f\u2019\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 li ma ta\u0127dimx g\u0127an-negozju.<\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Filg\u0127axija Il-Banda San Filep sellmet \u2018il-istatwa ta\u2019 San Filep x\u2019\u0127in din waslet quddiem il-bieb prin\u010bipali tal-knisja waqt il-pur\u010bissjoni tal-\u0127ru\u0121 min-ni\u010b\u010ba \u0121ewwa l-knisja. Fi tmiem i\u010b-\u010berimonja tal-knisja l-banda g\u0127amlet mar\u010b minn fuq iz-zuntier g\u0127al Triq Sciortino u lura g\u0127al Misra\u0127 San Filep. Kien hemm ukoll \u0127ruq ta\u2019 murtali tal-log\u0127ob u tal-kulur mill-kamra tan-nar ta\u2019 San Filep.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"5\">\n<li><strong>It-Tnejn 4 ta\u2019 \u0120unju<\/strong>, saret il-quddiesa g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 organizzata mill-parro\u010b\u010ba fuq iz-zuntier tal-Knisja Ar\u010bipretali, fejn \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mi\u017c-\u017cew\u0121 G\u0127aqdiet Bandisti\u010bi Filippini \u017bebbu\u0121in attendew bi \u0127\u0121arhom.<\/li>\n<\/ol>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"6\">\n<li><strong>It-Tlieta 5 ta\u2019 \u0120unju<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Il-Banda San Mikiel ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017babbar, mistiedna tal-Banda San Filep g\u0127amlet mar\u010b minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali, g\u0127adda mill-in\u0127awi ta\u2019 wara l-grawnd tal-futbol u ni\u017cel minn Triq Frans Sammut lura lejn Misra\u0127 San Filep. Fi tmiem il-mar\u010b kien hemm feature fuq skrin kbir imtella\u2019 mi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Fil-pjazza intramaw l-umbrella mekkanizzata, il-bandalora l-kbira u l-imrew\u0127a, kollha bil-\u0127idma ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep AD1851.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"7\">\n<li><strong>L-Erbg\u0127a 6 ta\u2019 \u0120unju \u2013 l-ewwel jum tat-Tridu<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Filg\u0127axija wara \u010b-\u010berimonja tal-knisja sar \u0127ruq ta\u2019 sfejjer, blalen, murtaletti, beraq kulurit, murtali tal-kulur u murtali tal-log\u0127ob mill-Kamra tan-Nar ta\u2019 San Filep.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"8\">\n<li><strong>Il-\u0126amis 7 ta\u2019 \u0120unju \u2013 it-tieni jum tat-Tridu <\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Fi tmiem i\u010b-\u010berimonja fil-knisja, il-Banda San Filep bdiet mar\u010b minn fuq iz-zuntier g\u0127al Misra\u0127 San Filep. F\u2019nofs il-mar\u010b, il-banda g\u0127amlet programm ta\u2019 mu\u017cika popolari minn fuq il-plan\u010bier tag\u0127ha fil-pjazza li matulu pparte\u010bipat The Red Heckled Pipe Band kif ukoll il-kantanti Albertine Abela u Kyle Cutajar. Il-pre\u017centaturi kienu Marija Zerafa u Philip Edrick Zammit. Wara tkompla l-mar\u010b minn quddiem il-Kappella tad-Duluri sal-Ka\u017cin San Filep. Kien hemm ukoll \u0127ruq ta\u2019 nar tal-ajru mill-Kamra tan-nar San Filep u wara l-mar\u010b kien hemm esebizzjoni ta\u2019 nar tal-art mekkanizzat mill-istess Kamra tan-Nar.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"9\">\n<li><strong>Il-\u0120img\u0127a 8 ta\u2019 \u0120unju \u2013 it-tielet jum tat-Tridu <\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Fil-11.30pm, f\u2019Misra\u0127 San Filep, il-Kamra tan-Nar ta\u2019 San Filep tat esebizzjoni kbira u e\u010b\u010bellenti ta\u2019 nar tal-art. Ta\u2019 kull sena id-dilettanti tan-nar u l-pubbliku jkunu jistennew din il-wirja kbira mimlija xog\u0127ol mekkanizzat u artistiku. G\u0127all-ewwel darba saret raddiena doppja b\u2019ta\u0127lita ta\u2019 nar u mekkani\u017cmi kkontrollati elettronikament u fl-istess \u0127in sinkronizzati ma mu\u017cika u kummentarju. Kienet spettakulari u ntog\u0127\u0121bot, anke jekk il-gassijiet tag\u0127ha n\u0127arqu a\u010b\u010bidentalment qabel biss ma bdiet min\u0127abba li xrar li tar minn raddiena o\u0127ra.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"10\">\n<li><strong>Is-Sibt 9 ta\u2019 \u0120unju \u2013 lejlet il-festa<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Fit-8.00pm il-Banda San Filep bdiet mar\u010b minn \u0127dejn il-Bieb De Rohan li mexa tul Triq il-Kbira sal-pjazza. Immedjatament ma tmiem il-mar\u010b is-Santa Marija Accordian Band bdiet programm qasir ta\u2019 mu\u017cika bl-accordian minn fuq il-plan\u010bier. Din kienet l-ewwel darba li din il-banda immexxija minn Mro Marthese Busuttil Cassar kienet misteidna tie\u0127u sehem fil-programm mu\u017cikali ta\u2019 lejlet il-festa. Wara, il-Banda San Filep ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro Richard Bugeja FLCM, FVCM, g\u0127amlet il-programm vokali u strumentali annwali tag\u0127ha minn fuq il-plan\u010bier fil-misra\u0127. Akkumpanjaw il-banda s-sopran Joan Mangion, il-baritonu Louis Andrew Cassar Louis, il-kor Mirabitur ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Simone Attard u wkoll is-Santa Marija Accordian Band.<\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Mid-9.30pm \u2018il quddiem il-Kamra tan-Nar ta\u2019 San Filep tat spettaklu kbir ta\u2019 log\u0127ob tan-nar tal-ajru, \u0127afna minnu sinkronizzat mal-mu\u017cika. Dan sar bil-\u0127idma tal-Grupp tan-nar flimkien mal-kumitat tal-IT tal-G\u0127aqda. Parti min-nar in\u0127araq minn fuq arkata kbira li ntramat apposta fl-g\u0127alqa tal-\u0127ruq \u2013 g\u0127at-tieni sena konsekuttiva. Dan l-ispettaklu bit-titlu ta\u2019 <strong>Pyro Rhapsody,<\/strong> wkoll huwa segwit minn bosta dilettanti tan-nar li \u0127afna minnhom krew si\u0121\u0121u fi Triq Giovanni Pullicino sabiex igawduh bil-kumdita u mill-qrib \u2013 dejjem f\u2019distanza skont il-li\u0121i. Matul il-jum sar ukoll \u0127ruq ta\u2019 nar ta\u2019 l-ajru filg\u0127odu, waqt it-Te Deum u wara nofs inhar waqt it-Translazzjoni.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"11\">\n<li><strong>Il-\u0126add 10 ta\u2019 \u0120unju \u2013 jum il-festa<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Filg\u0127odu, wara l-quddiesa solenni bil-pani\u0121ierku, il-Banda San Filep bdiet il-mar\u010b briju\u017c ta\u2019 filg\u0127odu minn fuq iz-zuntier u g\u0127addiet mill-in\u0127awi tal-Gandlora u tal-Grazzja. Fit-Triq tal-Grazzja kienet mistiedna mit-Tabib Godfrey Farrugia MP g\u0127al ri\u010beviment fil-Palazz madonna delle Grazie. Meta l-mar\u010b wasal fil-pjazza, f\u2019nofs inhar, hemm kien hemm ukoll il-Banda San Sebastjan ta\u2019 \u0126al-Qormi, misteidna mill-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep. Minn hemm \u2018il quddiem il-mar\u010b inbidel f\u2019wie\u0127ed Venezjan bi\u017c-\u017cew\u0121 baned idoqqu wara xulxin bla waqfien fost il-brijju tal-folla li \u0127onqot il-misra\u0127 u t-toroq ta\u2019 madwar. Fil-pjazza jkun hemm ukoll l-umbrella mekkanizzata u l-bandalora l-kbira, armati apposta mi\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Filg\u0127axija, l-Banda Queen Victoria ta\u017c-\u017burrieq mistiedna tal-Banda San Filep, laqg\u0127et il-\u0127ru\u0121 tal-istatwa mill-knisja, kompliet tallegra l-folla fil-misra\u0127 u re\u0121g\u0127et sellmet lill-istatwa meta g\u0127adiet minn quddiet il-ka\u017cin waqt id-d\u0127ul. Il-Banda San Bartilmew ukoll mistiedna tal-Banda San Filep, l-ewwel laqg\u0127et l-istatwa meta waslet \u0127dejn il-Kappella tad-Duluri, imbag\u0127ad daqqg\u0127et fuq iz-zuntier meta l-istatwa kienet die\u0127la fil-knisja u wara li ntemmet i\u010b-\u010berimonja fil-knisja bdiet il-mar\u010b ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar minn fuq iz-zuntier.<\/p>\n<p style=\"text-align: left;\">Tul il-pur\u010bissjoni kollha sar \u0127ruq ta\u2019 salut, kaxxa tal-\u0127ru\u0121, murtaletti, murtali tal-log\u0127ob, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur fid-d\u0127ul mis-St. Philip Fireworks Factory.<\/p>\n<ol style=\"text-align: left;\" start=\"12\">\n<li><strong>L-Erbg\u0127a 20 ta\u2019 \u0120unju <\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: left;\">Fis-7.00pm saret quddiesa ta\u2019 ringrazzjament organizzata mill-G\u0127aqda Ka\u017cin Banda San Filep AD1851 fil-Knisja Parrokjali b\u0127ala g\u0127eluq tal-festa.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-t\u0127ejjijiet g\u0127all-festa jsiru tul is-sena kollha imma jaqbdu rittmu aktar mg\u0127a\u0121\u0121el tul ix-xahar ta\u2019 Mejju. L-armar tat-toroq, il-kun\u010berti tal-banda, il-pubblikazzjoni tal-ktieb tal-festa, il-\u0121bir tar-riklami, l-programm tal-kompjuter g\u0127as-sinkronizzar tal-\u0127arqa tan-nar tal-ajru mal-mu\u017cika f\u2019lejlet il-festa u aktar tard l-armar tal-arkata kbira fil-g\u0127alqa tal-\u0127ruq, l-a\u0127\u0127ar irtokki fuq xi rdieden \u0121odda, it-T-shirts \u0121odda li huma mfittxija ferm fi \u017cmien [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":0,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"page-templates\/page-sidebar-none.php","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-3035","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/3035","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3035"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/3035\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6045,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/3035\/revisions\/6045"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3035"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}