{"id":819,"date":"2015-01-08T23:17:42","date_gmt":"2015-01-08T22:17:42","guid":{"rendered":"http:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/TestSite\/?p=819"},"modified":"2025-07-19T17:23:29","modified_gmt":"2025-07-19T17:23:29","slug":"is-sur-carmelo-zammit","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/2015\/01\/08\/is-sur-carmelo-zammit\/","title":{"rendered":"Is-Sur Carmelo Zammit"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Is-Sur Carmelo Zammit mag\u0127ruf b\u0127ala Ta\u2019 Xafrin twieled \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u kien jg\u0127ix fid-dar \u2116 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu \u2019l fuq minn mitejn \u0127addiem ja\u0127dmu f\u2019dan ix-xog\u0127ol. Mieg\u0127u kienu ja\u0127dmu xi G\u0127awdxin u minflok jag\u0127tihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jag\u0127tihom l-ikel b\u2019xejn. Hu kien ta somma flus lil Antonio Callus biex issir statwa ta\u2019 Sant\u2019 Agata (patruna tan-nissie\u0121a) g\u0127all-Knisja Ar\u010bipretali ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121. Fil-fatt din saret fl-1895 mill-istatwarju Vincenzo Cremona.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Carmelo Zammit serva b\u0127ala President tal-Filarmonika San Filippo bejn is-snin 1895 u 1900 u bejn l-1908 u l-1911. Bejn l-1857 u l-1885 il-Banda San Filippo kienet tag\u0127mel il-kun\u010berti fir-residenza tieg\u0127u. Dan \u0121ara g\u0127ax il-banda kienet kibret fin-numru ta\u2019 bandisti u l-ka\u017cin kien sar \u017cg\u0127ir g\u0127aliha. Carmelo kien benefattur kbir tal-Filarmonika tant li kien i\u0127allas l-ispejje\u017c kollha tal-banda. Ta\u2019 min isemmi li meta xi bandist kien ikollu tarbija, Carmelo kien jag\u0127tih Lm3 (\u20ac7) b\u0127ala rigal.<\/p>\n<figure id=\"attachment_820\" aria-describedby=\"caption-attachment-820\" style=\"width: 204px\" class=\"wp-caption alignright\"><a href=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/01\/CarmeloZammit.jpg\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"size-medium wp-image-820\" src=\"https:\/\/www.bandasanfilep.com.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/01\/CarmeloZammit-204x300.jpg\" alt=\"Is-Sur Carmelo Zammit\" width=\"204\" height=\"300\"><\/a><figcaption id=\"caption-attachment-820\" class=\"wp-caption-text\">Is-Sur Carmelo Zammit<\/figcaption><\/figure>\n<p style=\"text-align: justify;\">Insibu li fl-20 ta\u2019 Novembru 1896, il-President kien \u0127allas is-somma ta\u2019 10\/- (g\u0127axar xelini) (\u20ac0.60) lil Bartolomeo Casha biex xtara mejda tal-kawba g\u0127all-Casino San Filippo.<sup><span style=\"font-size: small;\">2a<\/span><\/sup> Hemm dokumentat ukoll li fil-15 ta\u2019 Mejju 1902, il-Maestro di Cappella Ricardo Bugeja ffirma r\u010bevuta g\u0127all-\u0127las ta\u2019 Lm13.19s (\u20ac15.20) li kien ir\u010bieva ming\u0127and in-negozjant Carmelo Zammit, g\u0127ad-daqq ta\u2019 mu\u017cika esegwita waqt il-festa ta\u2019 San Filep fil-Knisja Parrokjali ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fit-3 ta \u0120unju 1906, Carmelo Zammit kien \u0127allas lil Francesco Galea s-somma ta\u2019 Lm9.06s (\u20ac10.70) li kienet tinkludi x-xog\u0127ol u l-ispejje\u017c tal-materjal, biex saru wie\u0127ed u tletin uniformi g\u0127all-bandisti tal-Banda San Filippo.2c \u0120ieli wkoll kien jibag\u0127t il-banbisti g\u0127and il-\u0127ajjat Felic Agius (Tat-Twil). B\u2019inizjattiva tal-President Carmelo Zammit u l-membri tal-Kumitat tal-Filarmonika San Filippo, l-a\u0127wa \u017baren u Filippo Felice (Ta\u2019 Faruni) li kienu negozzjanti tal-inbid u li kellhom il-fabbrika biswit il-Knisja tal-An\u0121li, pprovdew ir-residenza \u2116 290, Strada Reale, \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, lis-Surmast Taljan Angelo Melilli biex ji\u0121i joqg\u0127od fiha mal-familja tieg\u0127u. Qabel, dan is-Surmast kien joqg\u0127od fid-dar \u2116 69, Strada Bongiorno, Bormla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-Sur Carmelo Zammit miet nhar it-28 t\u2019Ottubru 1911, u fil-funeral akkumpanjatu l-Banda San Filippo ta\u0127t id-direzzjoni ta\u2019 Mro. Kav. Alfred Porkiman Hare. Kienu \u0127adu sehem \u0127afna g\u0127aqdiet mu\u017cikali bir-reppre\u017centanti tal-kumitat, l-istandarti tag\u0127hom flimkien ma bosta mu\u017ci\u010bisti u persuni distinti u l-poplu \u017bebbu\u0121i.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Skont is-Superjur tal-M.U.S.E.U.M. is-Sur Anthony Debono, il-korteo tal-funeral kien twil mid-dar tieg\u0127u, g\u0127al fejn il-Knisja tal-An\u0121li, g\u0127al Strada Reale u sal-Knisja Ar\u010bipretali ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, u kien g\u0127ad baqa\u2019 n-nies id-dar. Dan kien wie\u0127ed mill-akbar funerali li sar fil-Belt Rohan. G\u0127all-funeral kien attenda wkoll is-Surmast Angelo Melilli li kien g\u0127adu namru\u017c \u0127afna g\u0127all-Banda San Filep u li kien \u0127abib kbir ta\u2019 Carmelo. Melilli waqt il-korteo qag\u0127ad ippo\u017ca quddiem il-Banda. Meta nduna bih is-Surmast Alfred Hare, ra\u0121el wieqaf u ta\u2019 karattru li juri d-dixxendenza tieg\u0127u Ingli\u017ca, mar fuq Angelo Melilli u qallu, \u201cIssa jien is-Surmast Direttur tal-Banda San Filep!\u201d,<sup><span style=\"font-size: small;\">3<\/span><\/sup> peress li t-tmexxija kienet g\u0127addiet f\u2019idjh. Fir-registru tal-kaxxier tal-Ka\u017cin Banda San Filep jidher il-\u0127las Per cinque ghirlande di fiori al funerale di Carmelo Zammit.<\/p>\n\n<p style=\"text-align: justify;\">Nhar l-4 ta\u2019 Novembru 1911, fil-\u0127ar\u0121a tal-gazzetta \u201cIn-Na\u0127la Maltija\u201d, propju f\u2019pa\u0121na 1306, inkiteb hekk: \u201cNitolbu bil-qalb g\u0127ar-ru\u0127 tan-negozzjant Carm Zammit, President tal-Banda San Filippo ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, li miet ftit \u0121ranet ilu; mibki minn kul\u0127add, billi kien bniedem ta\u2019 qalb \u0127anina \u0127afna u li kien jag\u0127mel karit\u00e0 kbira billi kien i\u0127addem mal-mitejn familja fil-qotnina. Huwa \u0127alla fit-testment lil uliedu, li jkomplu n-negozju biex ma jnaqqsux il-\u0127ob\u017c lil dawn il-\u0127afna foqra. Veru karit\u00e0 nisranija.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: right;\">Kitba u Ri\u010berka tal-Arkivista John Gaf\u00e0 \u00a9<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-Sur Carmelo Zammit mag\u0127ruf b\u0127ala Ta\u2019 Xafrin twieled \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u kien jg\u0127ix fid-dar \u2116 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu \u2019l fuq minn mitejn \u0127addiem ja\u0127dmu f\u2019dan ix-xog\u0127ol. Mieg\u0127u kienu ja\u0127dmu xi G\u0127awdxin u minflok jag\u0127tihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jag\u0127tihom l-ikel b\u2019xejn. Hu kien ta [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6150,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"single-templates\/single-sidebar-featuredImg-none copy.php","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[2],"tags":[],"class_list":["post-819","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-kommemorazzjonijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/819","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=819"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/819\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6151,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/819\/revisions\/6151"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6150"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=819"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=819"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/bandasanfilep.com.mt\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=819"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}