Dr Philip Sciortino M.D. (1963 – ….)

 

Dr Philip Sciortino M.D. (1963 – ….)

Philip Sciortino twieled Haz-Zebbug 7 ta’ Dicembru 1963 minn Paolo Sciortino u Maria Concetta nee’ Fenech min Cospicua. Studja fil-Primarja tal Pilar Valletta u Haz-Zebbug. Qatta zoghzitu Haz-Zebbug attiv f’ numru ta Ghadiet lokali.

Attenda l-iskola Secondarja fil-Kullegg ta Santu Wistin tal-Pieta u wara is-Sixth Form l- Imsida. Dahal fl-Iskola Medika ta’ l-Universita ta Malta fl-1983 u ggradwa fl-1988 bħal tabib.

Kompla l-istudi tieghu fil-qasam tal Medicina tal-Familja fil-Ben Gurion University fin Negev, l-Israel (1995). Studja fil-livell ta’ Masters fis-Sahha Pubblika fl-iskola Medika tal-Universita ta Malta meta ircieva l-Master’s fl 2002. Ircieva Membership tar-Royal College of General Practitoners tal-Ingilterra 2006.

Membru attiv tal Kullegg tat-Tobba tal-Familja ta Malta ghal dawn l-ahhar 15 il-sena. Hawnhekk hu responsabbli mil-qasam ta l-edukazzjoni kontinwa tat-Tobba tal-Familja. Introduca t-Teacher Training f’ dan il-qasam u flimkien ma ohrajn waqqaf u ghadu jorganizza u jezamina fl-ezamijiet ta’ ispecjalizzazjoni f’dan il-qasam.

Jghallem fil-grad ta’ Senior Lecturer fl-Universita ta Malta mill 2002. Mill 2012 inhatar il Kap tad-Dipartiment tal Medicina tal-Familja fl-Iskola Medika ta l-Universita ta’ Malta u membru ta l-istess Fakulta. Hu jipprattika l-professjoni tieghu f’ Haz-zebbug bhala tabib tal-Familja u bhala Tabib tas-Sahha
Okkupazjonali ma kumpanija tal-manifattura privata.

Izzewweġ fl 1993 lit-Tabiba Marthese Sciortino nee Aquilina u ghandhom zewg ulied Paul u Joseph. Philip hu attiv fil-komunita fejn jghix u ghamel zmien Chairperson tal Kunsill Pastorali Parrokkjali meta twettqu numru ta-progetti ta fejda ghal komunita.

Dr Philip Sciortino nhatar President ta’ Ghaqda Kazin Banda San Filep fl-20/01/2012.

Dawn huma l-avvenimenti li seħħew matul is-snin li fihom Dr Philip Sciortino serva ta’ President:-

28/01/2012Saret akkademja mużiko-letterarja fil-Każin Banda San Filep A.D. 1851f’ġieħ l-eks President Onorarju Frans Sammut. Din kienet taħt il-patroċinju tal-President Emeritus ta’ Malta Dr Ugo Mifsud Bonnici.
06/02/2012Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ organizza, biex il-Banda San Filep flimkien maż-żewġ baned oħra Żebbuġin jieħdu sehem fil-Karnival ta’ Arcireale fi Sqallija.
09/03/2012Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ organizza l-konferenza European Forum for Urban Security ta’ jumejn, fis-sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep. Fost il-pajjiżi li pparteċipaw kien hemm Franza, il-Ġermanja, il-Portugal, il-Belġju, l-Italja, Spanja u Malta. Fi tmiem il-konferenza l-kelliema kollha faħħru lil Malta, lill-Kunsill Lokali u lill-Għaqda Każin Banda San Filep.
22/04/2012L-Għaqda Każin Banda San Filep ipparteċipat fil-wirja Ruħ t’Artist tax-xogħlijiet tal-Iskultur Aaron Camilleri Cauchi li saret fil-kappella ta’ San Fraġisk f’Ħal Qormi. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu vari kbar, alto riljevi, abbozzi u minjaturi kif ukoll disinji. L-Għaqda ppreżentat l-istatwa ta’ San Luqa.
21/04/2012Irregalati sett ta’ tliet Timpani lill-Għaqda Każin Banda San Filep minn tliet benefatturi li huma Dr Godfrey Farrugia, Dr Philip Sciortino u Anton Caruana. Il-kumpanija Attrans ġabet dawn it-timpani mill-Olanda minghajr ebda ħlas.
05/06/2012Għall-ġimgħa tal-festa żżanżnet l-imrewħa mekkanizzata f’Misraħ San Filep, ħidma tas-Sezzjoni Żgħażagħ u li ġiet impittra minn Joseph Tanti.
31/08/2012Twaqqaf il-kumitat tal-Informażjoni Teknoloġika (IT) min tlett membri li huma:- Keith Cutajar, Christmark Chircop u Christopher Cutajar.
06/10/2012Saret Akkademja mużiko-leterarj f’ġieħ l-eks President Dun Luret Callus fi Triq Sciortino, bis-sehen tal-Banda San Filep. Solisti Joan Mangion, Joseph Aqulina u Albertina Abela. Dan fakkar il-ħamsin sena minn mewtu.
07/10/2012Saret purċissjoni organizata mill-Għaqda Każin Banda San Filep biex jitfakkar il-vjatku li kien isir fi żmien Dun Luret Callus. Taʼ min jinagħd li l-bandiera, il-qanpiena, l-erbaʼ lanterni, il-ġilandra, il-kappa tal-qassis u l-umbrella huma oriġinali jiġifieri dawk li kienu jintużaw fi żmien Dun Luret.
10/05/2013Numru kbir taʼ bandisti mill-Għaqda Każin Banda San Filep ipparteċipaw fʼmass-band magħmula mit-tliet baned Żebbuġin waqt akkademja  li l-parroċċa organizzat biex tfakkar il-150 sena mill-wasla tal-istatwa tal-fidda taʼ San Filep.
12/05/2013Filgħaxija sar marċ mill-Banda San Mikiel taʼ Ħaż-Żabbar u fi tmiemu nkixfet lapida kommemorattiva mal-faċċata tas-sede li tirreplika l-ittra mibgħuta mill-Arċipriet Francesco Borg fl-1884 lis-Società della Banda di San Filippo. Inawgurata mill-Ministru tas-saħħa Dr. Godfrey Farrugia u tbirket minn Fr Philip Cutajar.
18/05/2013Il-Banda San Filep esegwiet programm kbir fis-sala Sir Temi Zammit tal-Università bħala kommemorazzjoni tal-150 sena tal-istatwa tal-fidda taʼ San Filep. Iżżanżan l-Oratorio ʽIl-Ħolma taż-Żebbuġinʼ b’lirika tal-Imħallef Emeritus Dr Philip Sciberras u mużika tas-Surmast Richard Bugeja.
31/05/2013Sar simpożju fis-sala Mayfair tal-Każin Banda San Filep fuq l-istatwa tal-fidda taʼ San Filep bis-sehem taʼ esperti Taljani u Maltin.  Tnedija taʼ ktieb ġdid fuq l-istatwa tal-fidda taʼ San Filep bi studji minn esperti Taljani u Maltin: Dr Philip Sciortino, Keith Sciberras, Marisa Calisti, Giovanna Capitelli, Mark Sagona, Dr Simon Mercieca, Raymond Saliba u Prof. Oliver Friggieri.
24/11/2013Fis-sala Dun Mikiel Xerri f’Ħaż-Żebbuġ sar spettaklu teatrali dwar il-ġrajja li sawwret l-istatwa monumentali tal-fidda ta’ San Filep ta’ Aġġira unika fid-dinja. Patrun ta’ Ħaż-Żebbuġ f’għeluq il-150 sena mill-wasla tagħha f’Malta. Kitba ta’ Brian Bonnici u direzzjoni ta’ David George Camilleri.
22/02/2014Fis-sala Mayfair tal-Każin Banda San Filep saret il-kommomerazjoni ta’ Mikiel Anton Vassalli. Ipresieda l-Onorevoli t-tabib Godfrey Farrugia. Il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali għall-okkazzjoni. Kelliema speċjali kienu Prof. Manwel Mifsud.
20/03/2014L-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca organizzat l-ewwel wirja taht il-Presidenza l-gdida b’risq l-MCCF fis-sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz fil-Belt Valletta, bl-isem L-Spiritwalita fl-Arti – Kollezzjoni ta’ Arti Sagra minn Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. L-Għaqda Każin Banda San Filep ipparteċipat f’din il-wirja bl-erba’ evanġelisti; San Mattew, San Mark, San Luqa u San Ġwann.
29/03/2014L-arkivista tal-Għaqda Każin Banda San Filep John Gafà ppartiċipa fil-konferenza li ġiet organizzata fl-Universita il-qadima fil-Belt Valletta dwar l-arkivju u l-mużika li tibsab għand l-istess Għaqda. Keliema ewwlenija kienet il-Prof. Vici Ann Cremona.
18/05/2014L-Arċisqof taʼ Malta Mons. Pawlu Cremona iltaqaʼ mar-rappreżentanti tas-Soċjetajiet Ċivili taʼ Ħaż-Żebbuġ. L-Għaqda Każin Banda San Filep kellha l-akbar attendenza.
30/08/2014Wara numru konsideravoli ta’ sieghat li bdew juru l-frott tagħhom fil-festa li għaddiet,                                                                 il-Kumitat IT ser jillauncja formalment il-proġett kummissjonat mill-EU bl-isem ‘Empowering People While Preserving History through ICT’. Dan il-proġett ser jiġi nawgurat  ġewwa sala msejħa tal-linfa, mill-Onor. Dr Ian Borg. Wara nkixfet lapida komomorativa fis-sala tal-IT.
12/12/2014Wara l-programm annwali ‘Rigal tal-Milied’ mill-allievi tal-Banda San Filep. In-neputiet ta’ Mro Ġużeppi Caruana irregalaw il-pjanu komplut bix-xema oriġinali, l-bakketta u ammont sabieħ ta’ Innijiet lill-Għaqda. Dan il-pjanu hu tad-ditta C. Rordorf  Cie Zürich u li kien imanifiturat fl-c1848.
08/06/2015Irregalata skivanija taż-żmien ir-reġina Victorja tas-sena 1890 lill-Għaqda Każin Banda San Filep mill-President tal-Għaqda Dr. Philip Sciortino. Din kienet intużat fis-sensiela Biografiji tat-television nazzjonali tal-Prof. Guido De Marco. L-iskrivanija se tintuża għal użu tal-kompjuter mill-arkivista l-Kav. John Gafà għad-dokumenti bħal ma huma l-Indiċi Mużikali, Storja tal-Għaqda, Avvenimenti, Żjarat minn persuni distinti u ħafna informazzjomi oħra.
06/06/2016Il-President taʼ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret is-sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep fil-jiem tal-Festa
29/12/2017Iffirmat ilkuntratt tax-xiri ta’ maħżen għall-armar li jinsab f’Triq il-Madonna Tal-Grazzji Ħaż-Żebbuġ. Dan il-maħżen issema għal benefatur kbir tal-Għaqda is-Sur Ninu Psaila
Tliet Timpani | Lapida kommemorattiva
Skivanija taż-żmien ir-reġina Victorja | Ktieb tifkira tal 150 sena mil wasla tal-istatwa ta’ San Filep.
Akkademja mużiko-leterarj f’ġieħ l-eks President Dun Luret Callus | Il-kamra tan-nar il-ġdida fil-2018
Kuntratt tal-maħżen ma l-aħwa u Ninu Psaila | Il-maħżen Ninu Psaila

Referenzi:-

Tagħrif miġbur mingħand Dr Philip Sciortino.

© Avvenimenti tal-Għaqda Każin Banda San Filep mill-1851 sal-2018.

Riċerka tal-Arkivista l-Kav. John Gafà © 29/06/2018

To top