Login
Username or email address *
Password *
Remember me
Log in
Lost your password?
No products in the cart.
January 8, 2015 / October 11, 2022 by Kbsfadmin
Is-Sopran Joan Mangion saħħret lill-udjenza li mliet l-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta waqt serata f’ġieħha nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2011, bħala ċelebrazzjoni tal-25 sena karriera tal-kant tagħha. Is-serata kienet taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru L-Onor. Dr lawrence Gonzi u għaliha attendew ukoll bosta dinjitarji fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni L-Onor Dr Joseph Muscat, il-Prim Imħallef […]
Read more »
Wara li għal aktar minn għoxrin sena il-Banda San Filep kienet tieħu sehem bil-bandisti tagħha tal-post f’din il-purċissjoni li kienet tkun organizzata mill-familja ta’ wieħed mill-membri tagħha fi Triq il-Madonna u Misraħ Ħal Dwin, minn erbgħa snin ‘l hawn ħadha f’idejh il-Klabb Tfal ta’ l-Istilla. Ftit wara li twaqqaf, dan il-klabb fi ħdan il-Għaqda Każin […]
Il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.), għamlet kunċert mużikali mill-aqwa taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2011 fl-okkażjoni tal-160 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Minbarra l-innijiet ta’ San Filep, tal-banda u dak nazzjonali, indaqqu żewġ kompożizzjonijiet sbieħ ta’ surmastrijiet tagħha u erba’ ta’ kompożituri ta’ […]
Il-Banda San Filep qed tagħmel suċċess wara l-ieħor. F’Mejju li għadda fi soiree d’honneur ad unur is-Sopran Joan Mangion fl-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta, daqqet wieħed u għoxrin silta mużikali li jvarjaw minn selezzjonijiet operistiċi sa kanzunetti klassiċi u kompożizzjonijiet ġodda. Dan l-aħħar f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-160 sena mit-twaqqif tagħha l-Banda San Filep tatna […]
Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-sala tal-Għaqda Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ ittellgħet l-ewwel serata f’ġieħ il-mibki kittieb Frans Sammut. Is-sala li fi snin imgħoddija kienet tintuża bħala ċinema, kienet mimlija daqs bajda bin-nies li attendew għal din is-serata. Kienet serata li fiha nqraw u tkantaw xi xogħolijiet ta’ Sammut. Il-qari u l-kant alternaw biex […]
Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael […]
Nhar is-Sibt 6 t’Ottubru 2012 filgħaxija, udjenza numeruża ħafna segwiet b’attenzjoni l-programmm ta’ serata ħelwa mżewqa b’mużika, kant, filmati, features u intervisti. Minkejja li l-programm qabeż is-sagħtejn, in-nies baqgħu sa l-aħħar u wara bosta kkummentaw li sabuh interessanti, varjat u bilanċjat tajjeb. L-okkażżjoni kienet it-tifkira tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Dun Luret Callus eks-President u Direttur […]
Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]
Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]
Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]
Is-Sur Carmelo Zammit magħruf bħala Ta’ Xafrin twieled Ħaż-Żebbuġ u kien jgħix fid-dar № 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu ’l fuq minn mitejn ħaddiem jaħdmu f’dan ix-xogħol. Miegħu kienu jaħdmu xi Għawdxin u minflok jagħtihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jagħtihom l-ikel b’xejn. Hu kien ta […]