Leħinna – Ktejjeb Festa 2020

/

L-Għaqda Każin Banda San Filep bħal dan iż-żmien tkun qegħda tippubblika l-ktieb tal-festa tagħha li juri ħidmiet l-għaqda kif ukoll aspetti oħra tal-ħajja vvolontarja li din l-għaqda tkun qegħda tgħix matul is-sena. Minħabba iċ-Ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa l-Għaqda Każin Banda San Filep tixtieq tgħaddi l-messaġġ tal-festa b’mod differenti din is-sena fi ktejjeb qasir fil-forma […]

Read more »

Diskors ta’ merħba lill Eċċellenza Tagħha il-President tar-Repubblika ta’ Malta Marie Louise Coleiro fl-okkażjoni taż-żjara tagħha fis-sede ta’ l-Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ fis 6 ta’ Ġunju, 2016.

/

  Eċċellenza President ta’ Malta, Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, Onorevoli raprezentanti Parlamentari, Wisq Reverendu Arċipriet, mistednin distinti, membri u ħbieb. F’ ismi u f’ isem il-Kumitat Ġenerali, il-Kummissjonijiet u s-Sezzjonijiet ta l-Għaqda Każin Banda San Filep nixtieq nilqgħakom hawnhekk biex flimkien nifirħu fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Filep. L-għan ewlieni ta’ dawn iż-żewġ kelmiet hu li norbot […]

Read more »

Inawgurazzjoni tal-Proġett tas-sala Mayfair Kif Ukoll Wirja Fuq Ix-Xogħlijiet Artistiċi Ta’ Francesco Saverio Sciortino

/

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015 saret serata mużikali li matulha ġew inawgurati il-proġett kbir ta’ rinnovament totali tas-Sala Mayfair kif ukoll il-wirja fuq ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Francesco Saverio Sciortino. Il-Banda San Filep daqqet f’din l-ordni: l-Grand March mill-Aida ta’ Giuseppe Verdi, Ammerland ta’ Jacob de Haan, il-fanfarra Alzo Sprach Zarathustra-fanfare ta’ Richard Strauss, Tritsch-Tratsch […]

Read more »

Ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa

/

In-Nunzju Apostoliku L-Eċċellenza Tiegħu Aldo Cavalli fetaħ il-wirja Tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kazin Banda San Filep nhar il-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015. Qabel il-ftuħ uffiċjali kien hemm programm li fih ħadu sehem il-Banda taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Banda San Filep, sar diskors imħejji minn Dr Joeph F. Grima fuq il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta, Jessica Micallef qrat il-poeżija ‘Mater […]

Read more »
Frans Sammut

Serata f’ġieħ l-Awtur Frans Sammut

/

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-sala tal-Għaqda Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ ittellgħet l-ewwel serata f’ġieħ il-mibki kittieb Frans Sammut. Is-sala li fi snin imgħoddija kienet tintuża bħala ċinema, kienet mimlija daqs bajda bin-nies li attendew għal din is-serata. Kienet serata li fiha nqraw u tkantaw xi xogħolijiet ta’ Sammut. Il-qari u l-kant alternaw biex […]

Read more »

Inawgurazzjoni tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

/

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael […]

Read more »

Serata Mużiko-Letterarja f’Ġieh Dun Luret Callus

/

Nhar is-Sibt 6 t’Ottubru 2012 filgħaxija, udjenza numeruża ħafna segwiet b’attenzjoni l-programmm ta’ serata ħelwa mżewqa b’mużika, kant, filmati, features u intervisti. Minkejja li l-programm qabeż is-sagħtejn, in-nies baqgħu sa l-aħħar u wara bosta kkummentaw li sabuh interessanti, varjat u bilanċjat tajjeb. L-okkażżjoni kienet it-tifkira tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Dun Luret Callus eks-President u Direttur […]

Read more »

Rappreżentazzjoni ħajja tal-Vjatku mis-St Philip Pageant Group

/

Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]

Read more »

Serata Memorabbli mill-Banda San Filep

/

Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]

Read more »

STATUA ARGENTEA – Simposju u Ktieb

/

Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]

Read more »

Kommemorazzjoni ta’ Mikiel Anton Vassalli

/

Din is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata’ mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella’ f’ġieħu nhar […]

Read more »

Luigi Fontana jibqa’ magħna 100 sena wara mewtu

/

Luigi Fontana twieled fir-raħal żgħir ta’ madwar 2300 ruħ, imsejjaħ Monte San Pietrangeli (Monsapietrangeli) fid-29 ta’ Marzu tal-1827 u miet fl-istess raħal twelidu fit-18 ta’ Diċembru tal-1908. Jibqa’ magħruf bħala artist Neo-Klassiku permezz tax-xogħlijet tiegħu madwar l-Italja kollha, fl-iskultura, fil-pittura fuq it-tila biż-żejt u t-tempera, bħala arkitett u anke bħala restawratur. Il-familja Fontana li oriġinarjament […]

Read more »

Akkadmja Mużiko-Letterarja F’ġieħ Dun Karm Psaila

Il-Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 li din is-sena qed tiċċelebra il-160 sena mit-twaqqif tagħha, fakkret il-50 sena mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali li kien ukoll President Onorarju tagħha, b’akkademja mużiko-letterarja, nhar is-Sibt 19 ta’ Frar 2011, fis-sala Mayfair tal-istess każin, Ħaż-Żebbuġ. Il-kelliema kienu il-Profs Oliver Friggieri, il-Profs Peter Serracino Inglott, Frans Sammut u Dr Godfrey Farrugia. […]

Read more »

Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

| Leave a Comment

Is-sitt wirjiet fil-Każin Banda San Filep, 12, Misraħ San Filep, Ħaż-żebbuġ jiġu inawgurati nhar il-Erbgħa 13 ta’ April 2011 fis-7:30pm mill-Ministru tal-Edukazzjni l-Onor Dolores Cristina u jkunu miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 14 sal-Ġimgħa 22 t’April 2011, mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sa l-22.00 (sal-23.00 nhar Ħamis ix-Xirka). Isiru arranġamenti oħra għal gruppi li jikkuntatjawni xi ġranet […]

Read more »

SOIRÉE d’HONNEUR f’ġieħ is-Sopran Joan

/

Is-Sopran Joan Mangion saħħret lill-udjenza li mliet l-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta waqt serata f’ġieħha nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2011, bħala ċelebrazzjoni tal-25 sena karriera tal-kant tagħha. Is-serata kienet taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru L-Onor. Dr lawrence Gonzi u għaliha attendew ukoll bosta dinjitarji fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni L-Onor Dr Joseph Muscat, il-Prim Imħallef […]

Read more »

Il-Purċissjoni ta’ San Filep mit-tfal ta’ Ħaż-Żebbuġ

/

Wara li għal aktar minn għoxrin sena il-Banda San Filep kienet tieħu sehem bil-bandisti tagħha tal-post f’din il-purċissjoni li kienet tkun organizzata mill-familja ta’ wieħed mill-membri tagħha fi Triq il-Madonna u Misraħ Ħal Dwin, minn erbgħa snin ‘l hawn ħadha f’idejh il-Klabb Tfal ta’ l-Istilla. Ftit wara li twaqqaf, dan il-klabb fi ħdan il-Għaqda Każin […]

Read more »
Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

/

Il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.), għamlet kunċert mużikali mill-aqwa taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2011 fl-okkażjoni tal-160 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Minbarra l-innijiet ta’ San Filep, tal-banda u dak nazzjonali, indaqqu żewġ kompożizzjonijiet sbieħ ta’ surmastrijiet tagħha u erba’ ta’ kompożituri ta’ […]

Read more »

Première tal-Cantata ‘Filep’ u tal-Oratorio ‘San Filep’

/

Il-Banda San Filep qed tagħmel suċċess wara l-ieħor. F’Mejju li għadda fi soiree d’honneur ad unur is-Sopran Joan Mangion fl-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta, daqqet wieħed u għoxrin silta mużikali li jvarjaw minn selezzjonijiet operistiċi sa kanzunetti klassiċi u kompożizzjonijiet ġodda. Dan l-aħħar f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-160 sena mit-twaqqif tagħha l-Banda San Filep tatna […]

Read more »
To top