Rappreżentazzjoni ħajja tal-Vjatku mis-St Philip Pageant Group

DSCF3559Copy

Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf.

Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 għamel rappreżentazzjoni ħajja tal-vjatku fit-toroq ewlenin ta’ Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd 7 t’Ottubru 2012 filgħodu. Din bdiet minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali u għaddiet minn dawn it-toroq: il-Kbira, Santu Rokku, Mamo, Sant’Antnin, il-Knisja, il-Parroċċa, San Ġużepp, Tal-Anġli u lura fil-pjazza.

Kitba: Philip Balzan ©

To top