L-Għaqda Każin Banda San Filep bħal dan iż-żmien tkun qegħda tippubblika l-ktieb tal-festa tagħha li juri ħidmiet l-għaqda kif ukoll aspetti oħra tal-ħajja vvolontarja li din l-għaqda tkun qegħda tgħix matul is-sena. Minħabba iċ-Ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa l-Għaqda Każin Banda San Filep tixtieq tgħaddi l-messaġġ tal-festa b’mod differenti din is-sena fi ktejjeb qasir fil-forma diġitali. Inħeġġuk tniżżel il-kopja tiegħek u tara dak li għaddejna minnu kif ukoll il-ħidma li wettaqna matul dan iż-żmien xejn sabiħ. Il-festa t-tajba liż-Żebbuġin kollha Viva San Filep!
