- 1851 – Isem il-Banda di San Filippo jidher għall-ewwel darba f’reġistru tal-parroċċa. Mibdija minn Mro. Filippo Galea, illum hija l-eqdem fost il-baned attivi fil-Gżejjer Maltin.
- 1856 – Il-banda kellha l-ewwel uniformi – irregalata mill-Gvernatur William Reid lil Mro. Filippo Galea. Din l-uniformi kienet ta’ reġiment Ingliż stazzjonat f’Malta u li kien se jbiddel l-uniformi tiegħu.
- 1857 – Is-Soċjeta Mużikali tal-Banda di San Filippo kellha sede f’Numru 52 fi Triq il-Parroċċa. Imbagħad fl-1885 imxiet għal Numri 273 u 274 fi Strada Reale, fl-1894 marret f’54 Strada Parrocchia, fl-1898, f’259 u 260 fi Strada Reale (illum 23, Misraħ San Filep), fl-1911, f’254 Strada Reale (illum 17, Misraħ San Filep) u fl-aħħar fl-1924 daħlet fi 12, Misraħ San Filep, Ħaż-Żebbuġ fejn baqgħet sal-lum.
- 1859 – Il-banda żiedet ħmistax-il strument ġdid u kellha l-ewwel palk.
- 1860 – Indrì Borg li kien ilu snin mal-banda, ħadha f’idejh għax Filippo Galea ma setax ikompli minħabba l-ħafna safar tiegħu fit-tul mal-armata Ingliża.
- 1860-1864 – Tat sehem qawwi fil-ġbir ta’ flus għall-istatwa tal-fidda ta’ San Filep.
- 1889 – Is-soċjetà tal-banda kellha taqsima tad-drama bl-isem Teatrino San Filippo Indipendente li kien jieħu ħsiebha Michele Grech. Kienu jittellgħu drammi bit-Taljan u bil-Malti (Guida Generale).
- 1891 Iżżanżan palk ġdid għall-banda – dak magħruf bħala ‘l-iskorfina’ minħabba l-forma ottangonali tiegħu.
- 1899 – Il-Banda San Filippo żaret Tuneż għal ftit ġranet li matulhom għamlet xi programmi mużikali għall-Maltin li kienu jgħixu hemm.
- 1901 – Il-bandisti tal-Banda San Filep ġew arrestati u miżmuma l-ħabs talli daqqew fil-ħruġ tal-istatwa li nzerta fi żmien dikjarat bħala luttu għall-mewt tar-Reġina Viktorja. Iż-Żebbuġin ħadulhom it-torti u ikel ieħor tul iż-żmien qasir li damu l-ħabs.
- 1911 – Iċ-Circolo La Stella Levantina, li kellu orkestra jisimha Lohengrin ingħaqad max-xirka tal-Banda San Filep u għal xi ftit snin kienu jissejħu Circolo La Stella e Filarmonica San Filippo.
- 1911-1916 – Is-Soċjetà tal-Banda għenet fil-ġbir ta’ flus għall-ispejjeż tal-bini tan-navi tal-knisja u membri tagħha ħadmu bla ħlas.
- 1920 – Il-kamra tan-nar tal-Għaqda nħarġilha l-premess bħala St. Philip Fireworks Factory.
- 1924 Saru ċelebrazzjonijiet kbar f’għeluq il-200 sena mill-miġja tar-relikwa ta’ San Filep minn Aġġira. Iżżanżan l-armar il-ġdid tal-pjazza bil-loġġjar tal-ħadid minn kolonna għall-oħra maħdum minn membri tas-Soċjetà tal-Banda San filep taħt it-tmexxija ta’ Rokku Zammit, ħu l-Prokuratur tal-Knisja Dun Salv Zammit.
- 1924 – Sar arkivju ġdid fejn tinżamm il-mużika tal-Banda San Filep.
- 1929 – Fis-27 ta’ Jannar, Il-Prim Ministru Lord Gerald Strickland żar il-każin fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni tal-Għaqda lill-Qalb ta’ Ġesù. Dakinhar iżżanżnet ukoll bandalora ġdida tal-banda.
- 1929 – Fl-24 ta’ Ġunju l-Banda San Filep u d-diriġenti tagħha kienu mistiedna mill-Gvernatur Lord Strickland f’Sant’Anton.
- 1932 – Il-każin daħħal l-ewwel radju f’Ħaż-Żebbuġ li kien tat-tip Vincent Kind Radio Philco u sewa £45.
- Fl-1944 – il-Banda San Filep irrapreżentat il-Baned ta’ Malta u Għawdex billi għamlet il- programm mużikali li matulu ngħatat xabla tal-unur lill-Gvernatur Lord John Gort.
- 1944 – fit-22 ta’ Marzu, il-kumitat tal-każin mistieden għand il-Gvernatur Lord Gort f’Sant’Anton.
- 1945 – Il-każin għamel festin ad unur il-President Onorarju Mons. Profs. Karm Psaila fl-okkażjoni tal-għoti tal-grad tad-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mill-Università ta’ Malta.
- 1945 – 19 ta’ Novembru, l-Iskultur Francesco Saverju Sciortino, ħu Antonio, lesta l-abbozzi tal-panewijiet għall-bradella l-ġdida. Il-każin ħallsu £395 ta’ xogħlu.
- 1946 – Il-każin organizza xalata kbira għall-Armier li fiha marru 70 xarabank. Il-Banda San Filep akkumpanjat bid-daqq tal-marċi.
- 1947 – f’Mejju żżanżan planċier ġdid għall-banda li għadu jintuża sal-lum. Parti mill-programm mużikali tal-Banda San Filep ixxandar dirett fuq ir-Rediffusion. Din kienet l-ewwel darba f’Malta li programm ta’ banda xxandar dirett. Fil-jiem tal-festa żaru l-każin il-Gvernatur Francis Campbell, Ross Douglas, l-Arċisqof Gonzi u l-Prim Ministru Boffa.
- 1947 – f’Novembru tfakkret il-100 sena mill-mewt tal-Isqof Franġisku Saverju Caruana. L-Isqof Emanuel Galea kixef lapida mad-dar fejn kien joqgħod u l-Prim Ministru Pawlu Boffa kixef oħra mal-faċċata tal-każin.
- 1955 – fis-7 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fis-sagħtejn neqsin għaxra ta’ waranofsinhar taret il-kamra tan-nar tal-Kandlora. Mietu erbgħa: Filippu Xuereb, Filippu Cassar, Antonio Debono u Ġamri Farrugia. Ħaż-Żebbuġ kien f’luttu għalihom.
- 1955 – 13 ta’ Novembru, il-Prim Ministru Dom Mintoff inawgura l-bini l-ġdid tal-każin waqt li l-Arċisqof Mikiel Gonzi bierku.
- Bejn l-1956 u l-1979 – il-każin kellu ċ-ċinema Mayfair, l-uniku ġo Ħaż-Żebbuġ.
- 1961 – Imfakkar il-110 sena mit-twaqqif tal-Banda San Filep. Saret bandalora ġdida u l-Gvernatur Sir Guy Grantham kixef lapida mal-faċċata.
- 1961 – Imfakkar il-110 sena mit-twaqqif tal-Banda San Filep. Saret bandalora ġdida u l-Gvernatur Sir Guy Grantham kixef lapida mal-faċċata.
- 1967 – Beda jsir il-marċ popolari tal-Ħadd filgħodu. L-Isqof Redent Gauci żar il-każin u ngħata somma flus għall-missjoni.
- 1971 – 25 ta’ Marzu, Mro. Philip Gatt ippreżenta l-marċ “A small big step” lill-Ambaxxatur Amerikan John Pritzlaff Jr. Il-President Richard Nixon kien bagħatlu ittra ta’ ringrazzjament.
- 1976 – Il-125 sena mit-twaqqif tal-Banda San Filep tfakkar b’ċelebrazzjonijiet tul ħamest ijiem. L-Imħallef Oliver Gulia, President Onorarju, kixef lapida kommemorattiva ġewwa l-każin. L-Arċisqof Mons Mikiel Gonzi berikha. Inħareġ ktejjeb ta’ tifkira.
- 1980 – Twaqqfet il-fergħa tan-nisa fi ħdan il-Għaqda Każin Banda San Filep taħt il-presidenza tas-Sinjura Doreen Attard Montalto.
- 1986 – Twaqqfet il-fergħa taż-Żgħażagħ tal-istess Għaqda.
- 1990 – Inbeda l-bini tal-bitħa u b’hekk tkabbar mhux ftit il-każin. Xi membri silfu l-flus b’imgħax baxx jew bla imgħax għal dan l-iskop. Il-bini jinkludi tlett iħwienet li ġew mikrija, żewġt ikmamar, tlett iswali u kantina.
- 1994 – Bdiet issir wirja tal-Ġimgħa l-Kbira fil-każin bi statwi kbar (lifesize) maħdumin mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Ġiet inawgurata mill-President tar-Repubblika Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Illum fiha 3 xeni bi 30 statwa kbira: Ċenaklu, Kruċifissjoni u Difna. Fis-sentejn ta’ qabel, il-wirja kienet tikkonsisti f’sett ta’ vari żgħar mislufa mis-Sur Joe Sammut, membru tal-każin.
- 1997 – 7 ta’ Ġunju, ġemellaġġ uffiċjali bejn Ħaż-Żebbuġ u Aġġira. Fit-12 ta’ Mejju kienet saret l-ewwel parti taċ-ċerimonja f’Aġġira. Il-każin ħa sehem attiv fiż-żewġ okkażjonijiet. F’dik ta’ Ħaż-Żebbuġ, iż-żewġ sindki Dr. Godfrey Farrugia u Gaetano Giunta kixfu lapida mal-faċċata tal-każin li tfakkar din il-ġrajja kif ukoll il-pellegrinaġġ tal-1897 lejn Aġġira u lil Antonio Sciortino. Ittellgħet ukoll wirja ta’ pittura u statwi ta’San Filep fil-każin.
- 1998 – Awwissu, inbeda proġett ieħor li kien jinvolvi t-twaqqigħ ta’parti mill-binja l-antika, it-tħaffir ta’ kantina, il-bini ta’ taraġ maestuż u rħam u suffett tal-ġewż. Il-perit tal-proġett kien Mario Balzan waqt li Innoċens Centorrino kien responsabbli għad-disinn tal-lavur.
- 2001 – Imfakkra l-150 sena tal-Banda. Stampat il-ktieb Il-Ġrajja tal-Każin Banda San Filep, saret bandalora, żewġ programmi mużikali speċjali u bosta attivitajiet oħra. Il-banda ħadet sehem fil-festival internazzjonali Mandorlo in Fiore ta’ Agrigento.
- 2003 – Ġunju 1-8, matul il-ġimgħa tal-festa l-każin waqqaf radju tal-komunità li xandar 24 siegħa kuljum.
- 2003 – Inbeda proġett ġdid: taħt is-sala tal-bar tħaffret kantina li tinfed ma’ dawk li saru qabel taħt il-kumplament tal-każin.
- 2004 -Twaqqaf il-Klabb tat-Tfal magħruf bħala Tfal tal-Istilla.
- 2007 – L-Għaqda tellgħet il-Musical Ir-Rebbieħ fl-Istitut Kattoliku. Dan jittratta l-ħajja ta’ San Filep.
- 2008 – Għamlet simposju dwar Luigi Fontana bil-parteċipazzjoni tal-Istudjuża tal-Arti Marisa Calisti mill-Italja u esperti oħra Maltin. Twaqqaf is-St. Philip Pageant Group. L-ewwel attività kienet Milied Ħaj Malti li sar fix-xelter.
- 2009 – Is-St. Philip Pageant Group tella’ żewġ rappreżentazzjonijiet oriġinali ta’ drammi tal-Passjoni ta’ Kristu fil-pjazza. Intużaw żewġ palkijiet kif ukoll it-triq u l-gallerija tal-każin.
- 2009 – fil-11 ta’ Novembru, kunċert kbir mill-Banda San Filep fl-awditorju tal-Kulleġġ St. Dorothy’s bl-iskop li jinġabru fondi għall-proġett tar-restawr tal-faċċata tal-knisja parrokkjali.
- 2010 – Imfakkar Joe A. Grima li fis-snin sittin kien waqqaf il-Moviment Qawmien Letterarju Malti.
- 2011 – Imfakkar Dun Karm Psaila f’lejla mużiko-letterarja fil-każin, bil-sehem ta’ kelliema esperti bħall-Prof. Oliver Friggieri, Prof. Peter Serracino Inglott u Frans Sammut.
- Il-President attwali huwa Dr. Philip Sciortino MD u Direttur Mużikali huwa Mro. Richard Bugeja F.L.C.M, FVCM. Mro. Michael Ciantar jgħallem ukoll il-mużika. L-Għaqda titmexxa minn Kumitat Ċentrali bl-għajnuna tas-Sezzjoni Nisa u dik taż-Żgħażagħ kif ukoll minn għadd ta’ kummissjonijiet.
- Il-Banda San Filep li tagħmel madwar 20 servizz mużikali kull sena;
- 1.1 tagħmel għadd ta’ kunċerti fil-pubbliku kull sena,
- 1.2 tirrekordja mużika oriġinali fuq CD’s / cassettes,
- 1.3 tmexxi l-Iskola tal-Mużika tal-Għaqda li tagħti tagħlim bla ħlas lil studenti żgħar u kbar u anke tislef b’xejn l-istrumenti mużikali li jinżammu sakemm ikun hemm bżonn.
- Wirja kbira annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa, li bħalissa sar fiha sitt taqsimiet, tlieta minnhom bi statwi kbar maħdumin minn Alfred Camilleri Cauchi.
- Sehem attiv ħafna fil-festa ta’ San Filep ġo Ħaż-Żebbuġ li jinkludi ħafna xogħol volontarju mill-membri tagħha fl-oqsma tan-nar tal-art u tal-ajru, tal-armar u t-tiżjin tat-toroq, marċi u programmi mużikali fil-beraħ u radju tal-komunità bejn it-12 ta’ Mejju u l-festa f’Ġunju.
- Tmexxija ta’ fabbrika tal-manifattura tan-nar tal-art u tal-ajru għall-festa ta’ San Filep attrezzata tajjeb.
- Membri tagħha jaħdmu xogħol ġdid ta’ armar u jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-armar eżistenti. Dawn jieħu ħsieb ukoll jarmaw l-armar fit-toroq, iżarmawh u jaħżnuh.
- Tmexxija ta’ każin soċjali li jiftaħ għal 15-il siegħa kuljum, u li joffri żvog lil nies ta’ kull età.
- Tieħu ħsieb issebbaħ il-bini imponenti tal-għaqda kif xieraq u skont ix-xewqa tal-membri.
- Pubblikazzjonijiet ta’ kotba, kalendarju u fuljetti
- Produzzjonijiet awdjoviżivi (bosta CD’s, 6 DVD’s u l-film għaċ-ċinema XRAR)
- Produzzjonijiet għall-palk
- Wirjiet tal-arti u oħrajn għal okkażjonijiet speċjal
- Bosta attivitajiet soċjali u kulturali li minnhom jinġabru fondi għall-ħidmiet imsemmija.
- L-Għaqda tmexxi każin soċjali li jiftaħ kuljum, filgħodu u filgħaxija.
- Ta’ kull sena tippubblika żewġ kotba, kalendarju u tliet fuljetti
- Torganizza bosta attivitajiet soċjali u ta’ divertiment bl-iskop li jħallu qligħ għall-attivitajiet kulturali u mużikali li torganizza
- Tieħu sehem attiv fil-ħajja soċjali u kulturali ta’ Ħaż-Żebbuġ.Illum l-Għaqda Każin Banda San Filep hija l-akbar soċjetà volontarja f’Ħaż-Żebbuġ. Ħidmietha tinkludi:
- Il-Banda San Filep li tagħmel madwar 20 servizz mużikali kull sena;
- Il-Għaqda titmexxa minn Kumitat Ċentrali bl-għajnuna tas-Sezzjoni Nisa u dik taż-Żgħażagħ kif ukoll minn għadd ta’ kummissjonijiet fosthom tal-Banda, tal-Kultura, tal-Festa, tan-Nar. Għandha aktar minn elf membru.
- Mill-1851 ’l hawn il-Banda San Filep ħadmet bla waqfien u dejjem kellha rwol importanti fil-ħajja soċjali u kulturali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Tikkollabora ma’ entitajiet nazzjonali bħal Heritage Malta u l-Malta Community Chest Fund.
- Il-ħidma kollha ssir minn volontarji u bla ħlas ħlief għad-direzzjoni tal-banda u t-tagħlim tal-mużika li jsir minn professjonisti li jitħallsu mill-każin ta’ xogħolhom.
- Fil-każin wieħed isib affarijiet ta’ interess partikulari bħal:
- arkivju b’ġabra kbira ta’ mużika, f’xi każi manuskritti oriġinali u antiki
- ġabra ta’ strumenti mużikali antiki
- kollezzjoni ta’ eluf ta’ kotba tal-festi ta’ Malta u Għawdex
- kopji tal-pubblikazzjonijiet tal-istess każin, li tinkludi l-istorja dokumentata tal-istess banda, Atti tas-Simposju fuq Luigi Fontana, l-Atti tal-Lejla Mużiko-Letterarja f’Ġieħ Dun Karm Psaila, l-istatut tal-Għaqda, DVD’s bl-attivitajiet tal-Milied, tal-Ġimgħa Mqaddsa, tal-Festa ta’ San Filep, tal-musical Ir-Rebbieħ, tal-Lejla Mużiko-Letterarja f’Ġieħ Dun Karm Psaila, taż-żjara f’erbat ibliet Sqallin fejn hemm devozzjoni qawwija lejn San Filep; u bosta CD’s b’mużika brijuża u oħra funebri rrekordjata mill-Banda San Filep matul is-snin
- monumenti ta’ Mro. Filippo Galea u Mro. Adeodato Gatt, Dun Karm Psaila, Mikiel Anton Vassal
- bandalori kommemorattivi, bandieri u standardi
- irħamiet kommemorattivi
- ritratti antiki u storiċi
- affarijiet personali ta’ xi personalitajiet bħal Mro. Filippo Galea, Mro. Philip Gatt u oħrajn
- għamara antika
Kitba ta’ Philip Balzan ©