Ritratti 2013

Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) » Żjara min grupp ta’ madwar tmenin ruħ minn Montesanpietrangeli fl

Nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju 2013 grupp ta’ madwar tmenin ruħ minn Montesanpietrangeli fl-Italja, li kienu għal ġita f’Malta, żar il-Każin Banda San Filep . L-iktar persunaġġ magħruf ta’ dan ir-raħal żgħir Taljan huwa Luigi Fontana. Għalhekk huma kellhom xewqa kbira li jaraw l-istatwa ta’ San Filep. Waqt iż-żjara tagħhom fil-każin ingħataw informazzjoni fuq kif hija organizzata l-Għaqda w il-ħidmiet u l-attivitajiet li jsiru. Sirna nafu li bejn iż-żewġt irħula ta’ Montesanpietrangeli u Ħaż-Żebbuġ hemm tlett ħwejjeġ komuni: Fontana, il-baned li jixtibħu ħafna u l-mod bil-kbir kif jiċċelebraw il-Ġimgħa l-Kbira. - Philip Balzan

To top