It-tfal illum l-Erbgħa 29 ta' Mejju kienu il-protagonisti fil-purċissjoni ta’ San Filep iż-żgħir flimkien mal-aljievi tal-Banda San Filep. Din kienet esperjenza unika għat-tfal li attendew mhux biss għaliex ħadu pjaċir jipparteċipaw iżda ukoll tkompli titkattar l-imħabba lejn dan il-qaddis hekk kbir.