Ritratti 2014

Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) » 'Empowering People While Preserving History through ICT ' Launch

Illum is-Sibt 30 t'Awwissu fid-9.30 ta' filgħodu ġewwa s-sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep A.D 1851 sar il-launch tal-proġett iffinanzat minn fondi Ewpropej bl-isem 'Empowering People While Preserving History through ICT'. Dan il-proġett kien fuq l-inizjattiva tal-Kumitat IT.Waqt dan il-launch saru diskorsi minn Keith Cutajar (Chairperson Kumitat IT), Christopher Cutajar (Project Team Leader), Philip Sciortino (President tal-Għaqda Każin Banda San Filep A.D 1851) u minn l-Onor. Ian Borg (Segretarju Parlamenti għal fondi Ewropej). Fl-aħħar tal-launch l-Onor. Ian Borg inawgura plakka bħala kommemorazzjoni ta' dan il-proġett.Kumitat IT jixtieq jirringrazzja lil kull minn kellu x'jaqsam ma' dan il-progett speċjalment lil Onor. Ian Borg, MEUSAC, EUPA, Kumitat Ċentrali u l-kumitat kollha fi ħdan l-għaqda, Philip Balzan bħala coach tat-team u suppliers li dejjem sibna għajnuna min-naħa tagħhom.Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jibda juża dawn is-servizzi mtejba kemm billi jżur www.bandasanfilep.com.mt kif ukoll billi jżur is-sede tal-għaqda.Grazzi lil kulħadd.

To top