Konformi mal-artiklu 5.2.3 tal-Istatut, sa nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2018 qed jintlaqgħu in-nominazzjonijiet għall-ħatra tat-tlett uffiċjali eżekuttivi tal-kumitat il-ġdid, jiġifieri għall-President, Segretarju u Kaxxier.
Dawn huma karigi li jġorru l-akbar responsabbilta fi ħdan il-każin u għalhekk l-istatut jitlob li l-għażla tagħom issir l-ewwel u separatament mill-bqijja tal-kumitat. Aktar dettalji jinsabu fin-notice board tal-każin.
Wara li jinħatru dawn l-uffiċjali, jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-ħatra tal-kumplament tal-membri tal-kumitat ġenerali. Meta jkun il-waqt jitqiegħed avviż fin-notice board tal-każin, ġimgħa qabel ma jagħlaq il-perjodu għal dawn l-applikazzjonijiet. Jekk ma jkunx hemm ħtieġa ta’ elezzjoni, l-applikazzjonijiet għall-membri tal-kumitat ikunu miftuħa mid-19 sas-26 ta’ Jannar 2018.
Il-Kummissjoni Elettorali