Konformi mal-artiklu 5.2.3 tal-Istatut, il-Kummissjoni elettorali maħtura apposta fil-laqgħa tal-kumitat Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2018 u ffurmata mis-sinjuri hawn taħt iffirmati, tilqa’ applikazzjonijjet bil-miktub għall-membri fil-kumitat il-ġdid.
- L-applikazzjonijiet f’envelop issiġillat għandhom jaslu għand il-kummissjoni sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2018 fis-6:30pm. Jistgħu jintefgħu fil-kaxxa ta’ l-ittri tal-każin.
- L-applikanti għandhom jagħtu l-isem u l-kunjom, in-numru tal-identita, l-indirizz, in-numri tat-telefon u l-indirizz tal-email tagħhom. Tista ssir ittra individwali jew tintuża l-formola apposta maħruġa mill-kummissjoni li tinkiseb mill-bar tal-każin.
- L-applikanti jrid ikollhom il-menswalita tal-Għaqda Każin Banda San Filep mħallsa almenu sal-2017.
- Dawk li se japplikaw għandhom qabel jiflu l-obbligi u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħatra ta’ membru tal-kumitat kif imfissra fl-istatut tal-għaqda (speċjalment l-artikli 3.1 sa 3.3) u jisguraw illi jissodisfawhom.
Applikazzjoni għall-membri fil-kumitat il-ġdid
Kitba: Kummissjoni elettorali ©