Is-Sena 2014 hija s-sena li fiha Ħaż-Żebbuġ ser jkun qiegħed issellem lil Mikiel Anton Vassalli f’għeluq il-250 sena min twelidu. Żebbuġi li kien ġenju u għamel ġied kbir għal-lingwa Maltija. L-Għaqda Każin Banda San Filep fakkret lil din il-persuna hekk importanti nhar is-Sibt 22 ta Frar b’serata imżewqa b’Letteratura u mużika mil-banda tal-istess għaqda. Serata li kienet nformattiva għal kull attenda.