Illum sar il-ftuħ tal-21 edizzjoni tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep A.D 1851. Kunċert fejn fih tagħat sehma l-Banda taż-Żgħażagħ mmexxija minn Mro. Michael Ciantar fejn ġew esegwiti numru ta' kompozizzjonijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Fost l-oħrajn ġew esegwiti 'Cinema Paradiso' fejn Ylenia Magri esegwixxit solo fuq Saxaphone Alto, kif ukoll l-'Agnus Dei' fejn James Zerafa esegwixxa solo fuq l-Euphonium.