Illum fis-7 ta' filgħaxija bdiet l-inawgurazzjoni tas-Sala Mayfair, fejn bl-għajnuna tal-fondi mill-EU sarilha tibdil estensiv. Is-segretarju parlamentari Dr. Ian Borg flimkien mal-president tal-għaqda Dr. Philiip Sciortino nawguraw dan l-avveniment.Is-sehem tal-banda ma' naqasx, fejn il-banda taħt id-direzzjoni taż-żewġ surmastrijiet kellha reportorju vast fejn intlaqa tajjeb mill-kulħadd. L-awkustika għenet ferm biex jitwassal ħoss eċċellenti b'viżwal kif suppost. B'dawn il-fondi din is-sala ser tkompli s-saħħah il-posizzjoni tagħha bħala ċentru tat-tagħlim tal-mużika kif ukoll ħa tkompli sservi għal użu ta' multi-purpose hall.Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min attenda, grazzi biex xieraq tmur lil dawk kollha li kellhom x'jaqsmu ma dan il-proġett.Grazzi mill-qalb.