Ritratti 2018

Hekk kif il-Kumitat IT għaddej bi ħġaru jaħdem fuq l-aħħar numru ta' ritratti li ttieħdu matul il-ġimgħa tal-festa 2018 biex dawn imbagħad ntellgħuhom fuq din il-paġna, għal din is-sena ħsibna biex nikrejaw album bl-isem 'Minn dak li tibgħatulna'. Dan ser nkunu album li ser nkunu qed nimlewh b'ritratti li intom tibgħatulna. Ir-ritratti għandhom jkunu x'jaqsmu mal-festa ta' San Filep 2018 u l-Għaqda Kazin Banda San Filep AD 1851 matul il-festa 2018 filwaqt li jkollhom watermark tal-fotografu. Min huwa interessat għandu jibgħat ritratti tiegħu private message jew inkella fuq l-email bandasanfilep@gmail.com. Ir-ritratti ser jkunu reveduti mill-Kumitat IT qabel jiġu miżjuda f'dan l-album. Grazzi.

To top