Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Ciantar, kantaw Alexia Felice u Albertine Abela waqt li Brian Bonnici fid-diskors tal-okkażjoniu tkellem fuq kif l-Isqallin jiċċelebraw il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Din is-sena żdiedet is-seba’ taqsima f’din il-wirja li toffri tiżwiqa ta’ xogħolijiet artistiċi ppresentati b’effetti viżivi u akkumpanjati minn kummentarji informattivi u mtellgħin b’mod professjonali fuq disinn ta’ Alfred Camlleri Cauchi li ħadem ukoll it-tletin statwa kbira (Lifesize) f’dawn il-wirjiet. It- taqsima l-ġdida turi filmat qasir tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ fl-1928.
Il-wirjiet jkunu miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 29 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 6 ta’April 2012, mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sa l-22.00 (sal-23.00 nhar Ħamis ix-Xirka). Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, l-wirjiet jiftħu mill-10:00 sas-13:00 u mill-16:00 sal-22:00. Jistgħu jsiru arranġamenti oħra għal gruppi jekk jikkuntatjawni xi ġranet qabel ma jiġu fuq in-numru: 99838806.
Il-wirjiet li huma kollha f’bini wieħed huma mqassmin hekk:
- Iċ-Ċenaklu
- Il-Kruċifissjoni
- Id-Difna (ambjentata f’xelter taħt l-art)
- Sett ta’ vari żgħar
- Sett ta’ xeni mill-Via Crucis (alto-riljevi)
- Il-Qawmien (awdjo-viżiva)
- Filmat tal-Purċisjoni tal-Ġimgħa l-Kbira miġbud fl-1928.
Kitba: Philip Balzan ©