Il-proġett infrastrutturali l-ġdid fil-kamra tal-Arkivju l-Antik qed jasal lejn l-aħħar fażi tiegħu, u l-ispazju qed jinbidel f’ambjent modern u funzjonali li jixraq għal ensemble room dedikata lill-istudenti tal-Iskola tal-Mużika Mro Filippo Galea. Il-ħitan u s-suffett ġew kompletament rinnovati b’estetika kontemporanja, u fil‑jiem li ġejjin se jitlesta l-proċess permezz tal-installazzjoni ta’ trattament akustiku speċjalizzat u sistema ta’ illuminazzjoni ġdida.
Dan l-investiment jirrappreżenta pass importanti fil-ħidma tagħna biex noħolqu spazji ta’ kwalità għolja għall-mużiċisti tagħna. L-ensemble room il-ġdida se tkun inawgurata uffiċjalment waqt il-Festi Anniversarji 2026, bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna li nkomplu nsaħħu u nmodernizzaw is-sede tagħna.
Il-proġett qed jiġi ffinanzjat permezz tal‑Voluntary Organisations Project Scheme, amministrata mill‑Kunsill Malti għas‑Settur tal‑Volontarjat fi ħdan il‑Ministeru għall‑Inklużjoni u s‑Settur tal‑Volontarjat — appoġġ li qed jagħmilha possibbli biex inkomplu ninvestu fit-tkabbir u l-futur tal-komunità mużikali tagħna.