In-Nunzju Apostoliku L-Eċċellenza Tiegħu Aldo Cavalli fetaħ il-wirja Tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kazin Banda San Filep nhar il-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015. Qabel il-ftuħ uffiċjali kien hemm programm li fih ħadu sehem il-Banda taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Banda San Filep, sar diskors imħejji minn Dr Joeph F. Grima fuq il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta, Jessica Micallef qrat il-poeżija ‘Mater Dolorosa’ ta’ Rużar Briffa u ntwera feature fuq il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ fl-1928.
Il-wirja fiha sitt taqsimiet b’tiżwiqa ta’ xogħolijiet artistiċi ppresentati b’effetti viżivi u akkumpanjati minn kummentarji informattivi u mtellgħin b’mod professjonali fuq disinn ta’ Alfred Camlleri Cauchi li ħadem ukoll it-tletin statwa kbira (Lifesize) f’dawn il-wirjiet. Il-wirja qegħda f’bini wieħed u hija mqassma hekk:
- Iċ-Ċenaklu (ambjentata f’kantina antika)
- Il-Kruċifissjoni (f’sala kbira fis-sular ta’ fuq)
- Id-Difna (ambjentata f’xelter taħt l-art)
L-istatwi kbar (lifesize) f’dawn it-tlett taqsimiet huma xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi.
- Sett ta’ vari żgħar (maħduma minn l-aħwa Joseph u Anthony Magri)
- Sett ta’ xeni mill-Via Crucis (alto-riljevi maħduma mill-artist Antomio Mifsud)
- Il-Qawmien (awdjo-viżiva)
Il-wirja tkun miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 26 sal-Ġimgħa 3 t’April 2015, mis-17.30 sat-20.30, imma nhar Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira tiftaħ ukoll mill-10.00 sa 12.00 u filgħaxija tibqa’ miftuħa sal-22.00.
Kitba ta’ Philip Balzan ©