IL-Proġett tas-sala Mayfair tal-Każin – sala b’faċilitajiet moderni u b’akustika tajba

Bejn Awwissu u Ottubru fis-sala Mayfair kienet għaddejja ħidma kbira li ttransformat bi sħiħ din is-sala li darba kienet ċinema. Issa hija attrezzata b’sistema ta’ dwal, sound, projezzjoni, palk, purtieri u siġġijiet ġodda. Sarilha suffett ġdid kif ukoll kisi tal-ħitan b’materjal apposta li jassorbi l-ħoss biex sar għandha akustika tajba. Saru wkoll istallazzjonijiet ġodda ta’ data għall-aċċess u apparat ta’ kontroll tal-arja fil-kamra ta’ maġenbha fejn isir it-tagħlim tal-mużika, biex fissajf l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bit-taħriġ fil-kumdità. Aktar qabel kienu saru faċilitajiet sanitarji ġodda, inbidel il-konkos tal-gallerija li tmiss ma’ din is-sala u ssewwa l-bejt. Waqt dan ix-xogħol inbidlet ukoll saljatura li kienet maqsuma.

[onefull]

Wieħed mill-ħitan li kellu jinkesa bil-gipsum boards
Wieħed mill-ħitan li kellu jinkesa bil-gipsum boards

[/onefull]

Dan kollu seta’ jsir bis-saħħa tal-għajnuna finanzjarja mill-Grupp tal-Majjistral li ħareġ tmenin fil-mija tal-fondi meħtieġa. Il-kumplament tal-ispiża ħariġha l-każin. Ix-xogħol fuq dan il-proġett, li ilu għaddej sena u nofs, tmexxa minn sottokumitat magħmul minn Dr Philip Sciortino, president, Tarcisio Mifsud, segretarju, Agnes Pirotta, viċi-president, Saviour Chetcuti, kaxxier, Keith Cutajar, assistent segretarju u Philip Balzan, pro. Dawn fittxew u sabu l-għajnuna teknika ta’ diversi esperti fosthom il- Perit Philip Mifsud, l-inġinier Edward Magro, id-disinjatur Claude Perini, il-kuntrattur Philip Zammit u t-tekniċi Bernard Gatt, James Brincat u Frank Xuereb li għamlu diversi studji bi tħejjija għall-proġett u assistew bil-pariri siewja tagħhom waqt it-twettiq tal-proġett. Matul it-twettiq tal-proġett inqalgħu problemi li ma kinux previsti u li minħabba fihom kellhom isiru xogħlijiet iżjed milli kien hemm ippjanat. Fost dawn kien hemm il-ħajt appoġġ mal-Bank HSBC li minħabba li kien imqammar kellu jinkesa bil-folji tal-gypsum, bdil fid-disinn tas-suffett u tad-dwal tiegħu minħabba dislivelli bejn it-travi tal-konkos li saru fl-1955 u oħrajn. Dawn ix-xogħlijiet żejda qamu lill-każin mas-sitt elef ewro aktar milli kellu joħroġ għallproġett.

[row] [onethird]

Parti mis-sistema interrativa li ġiet installata fis-sala.
Parti mis-sistema interrativa li ġiet installata fis-sala.

[/onethird]

[onethird]

Id-Disin tas-saqaf b’sistema moderna ta’ dawl li jixraq lill-istess sala

[/onethird]

[onethird]

Wieħed mill-ħitan li inkesa bil-gipsum boards
Wieħed mill-ħitan li inkesa bil-gipsum boards

[/onethird] [/row]

L-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ dan il-proġett se jsir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015 fis-7.00pm mis-Segretarju Parlamentari l-Onor Dr Ian Borg u mill-President Dr Philip Sciortino, fil-preżenza ta’ mistednin distinti li jinkludu uffiċjali mil-Leader tal-Majjistral u mis-Segretarjat Parlamentari għall- Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej flimkien ma’ uffiċjali u membri tal-Għaqda Każin Banda San Filep AD1851.

Kitba ta’ Philip Balzan ©

To top