Ittra ta’ ringrazzjament – Festa 2018

Ittra ta’ ringrazzjament;

10/06/2018

Għeżież kollegi, membri, partitarji, benefatturi u ħbieb;

Għadhom kif għaddew ftit sigħat min tmiem din il-Festa tal 2018 liema Festa kienet SUĊĊESS kbir.

Bħal kulħadd inħossni għajjien iżda sodisfatt għaliex għadni kif doqt għal darba oħra minn esperjenza oħra ta sena ħidma. Esperjenza li minha tgħallimt xi ħaġa ġdida il-ħin kollu. Nitgħallem mhux biss dwar l-armar, jew in-nar, jew il-mużika iżda fuq kollox dwar il-qawwa tal-qalb kbira tagħkom.

Taħt it-tleblib fl-ajru, bejn il-frilli tal-pavaljuni, qalb il-marċi hemm xi ħaġa tant għal qalbi: kull wieħed u waħda minnkom.

Il-preżenza tagħkom fil-qasam tal-volontarjat hi qawsalla sħiħa ta’ persuni uniċi. Bnedmin ta’ kull tip u għamla li bis-saħħa tat-tajjeb u in-nuqqasijiet tagħna għamilna tim rebbieħ. Urejna li qabel l-Għaqda ma jiġi xejn u ħadd, li kapaċi niġġeddu u nkomplu nissaħħu b’ nies u ideat ġodda.

Wara pawsa ta mistrieħ, kif inkun inġabar kollox f’ postu irridu nirriflettu fuq din l-għaqda u dwar il-valuri li wassluna fejn qegħdin illum.

F’ismi, f’isem il-familja kbira tagħna u f’ isem il-Kumitat Ċentrali NIRRINGRAZJAKOM mil-ġdid għal kull ma għamiltu matul din is-sena. Nixtieqilkom Sajf ta’ mistrieħ mal-familja u nistedinkom biex tkomplu din il-mixja bħala voluntiera biex inkomplu inkabbru din l-Għaqda tant għażiża għalina ilkoll.

Għaqda li l-vuċi u l-identità li tagħtina hi l-għira ta kulħadd.

Philip Sciortino.

To top