Lezzjonijiet tal-mużika mill-Iskola tal-Mużika tal-Banda San Filep

Bi pjacir inħabbru li l-lezzjonijiet tal-mużika mill-Iskola tal-Mużika tal-Banda San Filep qegħdin jitkomplew on-line minħabba ċ-ċirkustanzi tal-lum.

L-istudenti attwali qed ikunu kkuntattjati personalment mill- għalliema ta’ l-istess skola, Mro Richard Bugeja u Mro Michael Ciantar li nirringrazzjawhom tal-impenn tagħhom.

Min ikollu xi diffikulta, jew irid jibda jieħu dan it-tagħlim li huwa bla ħlas, inkella jixtieq iżjed tagħrif dwar il-lezzjonijiet jista’ jikkuntattja direttament lill-għalliema rispettivi jew lis- Segretarju ta’ l-għaqda.

Ninkoraġġixxu lil kill min hu interessat li jagħmel użu tajjeb mill-ħin biex jinvesti fl-edukazzjoni tiegħu u ta’ wliedu …. it-tagħlim mużikali huwa investiment tajjeb għall-kulħadd.

To top