Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

_DSC0435

Is-sitt wirjiet fil-Każin Banda San Filep, 12, Misraħ San Filep, Ħaż-żebbuġ jiġu inawgurati nhar il-Erbgħa 13 ta’ April 2011 fis-7:30pm mill-Ministru tal-Edukazzjni l-Onor Dolores Cristina u jkunu miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 14 sal-Ġimgħa 22 t’April 2011, mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sa l-22.00 (sal-23.00 nhar Ħamis ix-Xirka). Isiru arranġamenti oħra għal gruppi li jikkuntatjawni xi ġranet qabel ma jiġu fuq in-numru: 99838806.

Il-wirjiet fihom tiżwiqa ta’ xogħolijiet artistiċi ppresentati b’effetti viżivi u akkumpanjati minn kummentarji informattivi u mtellgħin b’mod professjonali fuq disinn ta’ Alfred Camlleri Cauchi li ħadem ukoll it-tletin statwa kbira (Lifesize) f’dawn il-wirjiet. Huma mqassmin hekk:

  • Iċ-Ċenaklu
  • Il-Kruċifissjoni
  • Id-Difna (ambjentata f’xelter taħt l-art)
  • Sett ta’ vari żgħar
  • Sett ta’ xeni mill-Via Crucis (alto-riljevi)
  • Il-Qawmien (awdjo-viżiva)

Kitba: Philip Balzan ©

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

To top