Login
Username or email address *
Password *
Remember me
Log in
Lost your password?
No products in the cart.
January 8, 2015 / October 11, 2022 by Kbsfadmin
Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-sala tal-Għaqda Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ ittellgħet l-ewwel serata f’ġieħ il-mibki kittieb Frans Sammut. Is-sala li fi snin imgħoddija kienet tintuża bħala ċinema, kienet mimlija daqs bajda bin-nies li attendew għal din is-serata. Kienet serata li fiha nqraw u tkantaw xi xogħolijiet ta’ Sammut. Il-qari u l-kant alternaw biex […]
Read more »
Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael […]
Nhar is-Sibt 6 t’Ottubru 2012 filgħaxija, udjenza numeruża ħafna segwiet b’attenzjoni l-programmm ta’ serata ħelwa mżewqa b’mużika, kant, filmati, features u intervisti. Minkejja li l-programm qabeż is-sagħtejn, in-nies baqgħu sa l-aħħar u wara bosta kkummentaw li sabuh interessanti, varjat u bilanċjat tajjeb. L-okkażżjoni kienet it-tifkira tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Dun Luret Callus eks-President u Direttur […]
Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]
Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]
Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]
Din is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata’ mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella’ f’ġieħu nhar […]
Luigi Fontana twieled fir-raħal żgħir ta’ madwar 2300 ruħ, imsejjaħ Monte San Pietrangeli (Monsapietrangeli) fid-29 ta’ Marzu tal-1827 u miet fl-istess raħal twelidu fit-18 ta’ Diċembru tal-1908. Jibqa’ magħruf bħala artist Neo-Klassiku permezz tax-xogħlijet tiegħu madwar l-Italja kollha, fl-iskultura, fil-pittura fuq it-tila biż-żejt u t-tempera, bħala arkitett u anke bħala restawratur. Il-familja Fontana li oriġinarjament […]
January 8, 2015 by Kbsfadmin
Il-Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 li din is-sena qed tiċċelebra il-160 sena mit-twaqqif tagħha, fakkret il-50 sena mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali li kien ukoll President Onorarju tagħha, b’akkademja mużiko-letterarja, nhar is-Sibt 19 ta’ Frar 2011, fis-sala Mayfair tal-istess każin, Ħaż-Żebbuġ. Il-kelliema kienu il-Profs Oliver Friggieri, il-Profs Peter Serracino Inglott, Frans Sammut u Dr Godfrey Farrugia. […]
January 8, 2015 by Kbsfadmin | Leave a Comment
Is-sitt wirjiet fil-Każin Banda San Filep, 12, Misraħ San Filep, Ħaż-żebbuġ jiġu inawgurati nhar il-Erbgħa 13 ta’ April 2011 fis-7:30pm mill-Ministru tal-Edukazzjni l-Onor Dolores Cristina u jkunu miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 14 sal-Ġimgħa 22 t’April 2011, mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sa l-22.00 (sal-23.00 nhar Ħamis ix-Xirka). Isiru arranġamenti oħra għal gruppi li jikkuntatjawni xi ġranet […]
Is-Sur Carmelo Zammit magħruf bħala Ta’ Xafrin twieled Ħaż-Żebbuġ u kien jgħix fid-dar № 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu ’l fuq minn mitejn ħaddiem jaħdmu f’dan ix-xogħol. Miegħu kienu jaħdmu xi Għawdxin u minflok jagħtihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jagħtihom l-ikel b’xejn. Hu kien ta […]