BBQ tal-Festa

/

Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa – 2016

/

  Hekk kif qegħdin nersqu lejn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għaqda Każin Banda San Filep reġgħet bdiet it-tħejjiet tagħha għal dawn il-jiem permezz tal-wirjiet li jiġu imtellgħha fi ħdan is-sede tagħha. Wirjiet li huma mqassma f’6 taqsimiet. Wieħed jista jsib aktar dettalji fil-poster muri hawn fuq.   Ġranet u ħinijiet: Fost il-Ġimgħa – mill-5.30pm sat-8.30pm Is-Sibt […]

Read more »

Inawgurazzjoni tal-Proġett tas-sala Mayfair Kif Ukoll Wirja Fuq Ix-Xogħlijiet Artistiċi Ta’ Francesco Saverio Sciortino

/

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015 saret serata mużikali li matulha ġew inawgurati il-proġett kbir ta’ rinnovament totali tas-Sala Mayfair kif ukoll il-wirja fuq ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Francesco Saverio Sciortino. Il-Banda San Filep daqqet f’din l-ordni: l-Grand March mill-Aida ta’ Giuseppe Verdi, Ammerland ta’ Jacob de Haan, il-fanfarra Alzo Sprach Zarathustra-fanfare ta’ Richard Strauss, Tritsch-Tratsch […]

Read more »

Wirja ta’ xogħolijiet artistiċi ta’ Francis Xavier Sciortino

/

[row] [onefull] [/onefull] [/row] Jekk tinteressak l-arti u l-istorja fil-jiem li ġejjien bla dubju il-post li għandek iż-żur huwa il-Każin Banda San Filep, dan għaliex fis-sala prinċipali ser tittella’ wirja ta’ xogħolijiet ta’ Francis Xavier Sciortino. Din il-wirja ser tkun miftuħa għal pubbliku inġenerali bejn il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru u l-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015. […]

Read more »

IL-Proġett tas-sala Mayfair tal-Każin – sala b’faċilitajiet moderni u b’akustika tajba

/

Bejn Awwissu u Ottubru fis-sala Mayfair kienet għaddejja ħidma kbira li ttransformat bi sħiħ din is-sala li darba kienet ċinema. Issa hija attrezzata b’sistema ta’ dwal, sound, projezzjoni, palk, purtieri u siġġijiet ġodda. Sarilha suffett ġdid kif ukoll kisi tal-ħitan b’materjal apposta li jassorbi l-ħoss biex sar għandha akustika tajba. Saru wkoll istallazzjonijiet ġodda ta’ […]

Read more »

Messaġġ mil-President tal-Għaqda Każin Banda San Filep għal festa 2015

/

[row] [onefull] [/onefull] [/row] Messaġġ mil-President tal-Għaqda Każin Banda San Filep Dr Philip Sciortino għal festa 2015 kif ukoll summarju ta’ ħadmet l-għaqda matul is-sena kif ukoll dak li hemm imħejji.

Read more »

Intervisti ma’ protagonisti tal-Għaqda Każin Banda San Filep

/

Hekk kif ninsabu fil-ġimgħa tal-festa għas-sena 2015, il-kumitat IT fi ħdan din l-għaqda reġa’ ħasseb sabiex jwassal erbgħa intervisti ma protagonisti attivi ta’ din l-istess għaqda. F’dawn il-ftit minuti sejrin niltaqgħu ma’ Lawrence Schembri (detenur tal-liċenzja tal-fabbrika tan-nar), Mro Richard Bugeja (Surmast direttur tal-Banda San Filep), Philip Balzan (Pro tal-għaqda) u Mario Vassallo (president tas-sezzjoni […]

Read more »

BBQ fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filep

/

[row] [onefull] [/onefull] [onefull] [/onefull] [onefull] Il-Kummissjoni nar fi ħdan l-Għaqda Każin Banda San Filep ser torganizza l-BBQ tant mistenni ta’ lejlet il-festa. BBQ li issa sar avveniment annwali fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-festa Ad unur il-patrun San Filep. Aktar dettalji u biljetti jistgħu jinkisbu mingħand membri tas-St Philip Fireworks Factory jew fuq 99475796 jew fuq 79269145. […]

Read more »

Sanfi – Marċi Brijjużi

/

[youtube videoid=”D4iaOp1A9zE” width=”” height=”” animation=”fromTop” ]   Jekk inti persuna li tħobb il-marċi żgur li m’għandekx titlef l-appuntament li issa huwa wieħed annwali mil-Banda San Filep nhar il-ħruġ soleni tal-istatwa tal-patrun. Sanfi ra il-bidu tiegħu fl-2014 fejn għal-ewwel darba il-Banda San Filep tellgħet attività ta marċi brijjużi fil-bar tal-każin hekk kif jintemm il-marċ tradizzjonali li […]

Read more »

Promo – Festa Ad unur il-Patrun San Filep

/

[youtube videoid=”h4lnGM0KKKg” width=”” height=”” animation=”fadeIn” ] Hekk kif dejjem qed noqorbu lejn il-ġimgħa tant mistennija miż-Żebbuġin fejn tiġi ċċelebrata l-festa tal-patrun tagħna San Filep, il-Kumitat IT fi ħdan din is-soċjeta’ ħaseb li jipprepara promo biex nkomplu iktar nidħlu fl-atmosfera tal-festa. Programm t’ Attivitajiet mil-Għaqda Każin Banda San Filep Narawkom…

Read more »

Ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa

/

In-Nunzju Apostoliku L-Eċċellenza Tiegħu Aldo Cavalli fetaħ il-wirja Tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kazin Banda San Filep nhar il-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015. Qabel il-ftuħ uffiċjali kien hemm programm li fih ħadu sehem il-Banda taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Banda San Filep, sar diskors imħejji minn Dr Joeph F. Grima fuq il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta, Jessica Micallef qrat il-poeżija ‘Mater […]

Read more »

Kommemorazzjoni ta’ Mikiel Anton Vassalli

/

Din is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata’ mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella’ f’ġieħu nhar […]

Read more »

STATUA ARGENTEA – Simposju u Ktieb

/

Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]

Read more »

Serata Memorabbli mill-Banda San Filep

/

Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]

Read more »

Rappreżentazzjoni ħajja tal-Vjatku mis-St Philip Pageant Group

/

Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]

Read more »

Serata Mużiko-Letterarja f’Ġieh Dun Luret Callus

/

Nhar is-Sibt 6 t’Ottubru 2012 filgħaxija, udjenza numeruża ħafna segwiet b’attenzjoni l-programmm ta’ serata ħelwa mżewqa b’mużika, kant, filmati, features u intervisti. Minkejja li l-programm qabeż is-sagħtejn, in-nies baqgħu sa l-aħħar u wara bosta kkummentaw li sabuh interessanti, varjat u bilanċjat tajjeb. L-okkażżjoni kienet it-tifkira tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Dun Luret Callus eks-President u Direttur […]

Read more »

Inawgurazzjoni tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

/

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael […]

Read more »
Frans Sammut

Serata f’ġieħ l-Awtur Frans Sammut

/

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-sala tal-Għaqda Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ ittellgħet l-ewwel serata f’ġieħ il-mibki kittieb Frans Sammut. Is-sala li fi snin imgħoddija kienet tintuża bħala ċinema, kienet mimlija daqs bajda bin-nies li attendew għal din is-serata. Kienet serata li fiha nqraw u tkantaw xi xogħolijiet ta’ Sammut. Il-qari u l-kant alternaw biex […]

Read more »

Première tal-Cantata ‘Filep’ u tal-Oratorio ‘San Filep’

/

Il-Banda San Filep qed tagħmel suċċess wara l-ieħor. F’Mejju li għadda fi soiree d’honneur ad unur is-Sopran Joan Mangion fl-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta, daqqet wieħed u għoxrin silta mużikali li jvarjaw minn selezzjonijiet operistiċi sa kanzunetti klassiċi u kompożizzjonijiet ġodda. Dan l-aħħar f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-160 sena mit-twaqqif tagħha l-Banda San Filep tatna […]

Read more »
Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

/

Il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.), għamlet kunċert mużikali mill-aqwa taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2011 fl-okkażjoni tal-160 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Minbarra l-innijiet ta’ San Filep, tal-banda u dak nazzjonali, indaqqu żewġ kompożizzjonijiet sbieħ ta’ surmastrijiet tagħha u erba’ ta’ kompożituri ta’ […]

Read more »

Is-Sur Carmelo Zammit

/

Is-Sur Carmelo Zammit magħruf bħala Ta’ Xafrin twieled Ħaż-Żebbuġ u kien jgħix fid-dar № 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu ’l fuq minn mitejn ħaddiem jaħdmu f’dan ix-xogħol. Miegħu kienu jaħdmu xi Għawdxin u minflok jagħtihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jagħtihom l-ikel b’xejn. Hu kien ta […]

Read more »

Il-Purċissjoni ta’ San Filep mit-tfal ta’ Ħaż-Żebbuġ

/

Wara li għal aktar minn għoxrin sena il-Banda San Filep kienet tieħu sehem bil-bandisti tagħha tal-post f’din il-purċissjoni li kienet tkun organizzata mill-familja ta’ wieħed mill-membri tagħha fi Triq il-Madonna u Misraħ Ħal Dwin, minn erbgħa snin ‘l hawn ħadha f’idejh il-Klabb Tfal ta’ l-Istilla. Ftit wara li twaqqaf, dan il-klabb fi ħdan il-Għaqda Każin […]

Read more »
To top