Author: Kbsfadmin

Rappreżentazzjoni ħajja tal-Vjatku mis-St Philip Pageant Group
/Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]
Read more »Serata Memorabbli mill-Banda San Filep
/Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]
Read more »STATUA ARGENTEA – Simposju u Ktieb
/Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]
Read more »Kommemorazzjoni ta’ Mikiel Anton Vassalli
/Din is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata’ mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella’ f’ġieħu nhar […]
Read more »Protest Ġudizzjarju mill-Għaqda Każin Banda San Filep lill-Banda De Rohan
/Fl-ewwel paragrafu ta’ artiklu miktub mis-Segretarju tal-Każin San Ġużepp, Banda De Rohan li deher f’paġna 19 ta’ Leħen il-Kunsill Lokali, ħarġa ta’ Lulju 2010,inkiteb hekk “Kien fl-1860, li f’Ħaż-Żebbuġ twaqqfet l-ewwel banda fil-gżejjer Maltin u Għawdxin – il-Banda De Rohan.” Din il-pożizzjoni qed tiġi ripetuta fuq billboards u kartelluni kbar li l-Każin San Ġużepp, Banda […]
Read more »
Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi
/Numru ta’ żgħażagħ mill-Għaqda Każin Banda San Filep attendew għall-konferenza nazzjonali dwar iż-żgħażagħ u l-festi. F’din l-attività’ saru mat-3 seminars fejn fihom saru xi workshops bejn diversi każini tal-baned. Fihom ġew diskussi x’inhu qiegħed isir fil-festi lokali u fejn nistgħu ilkoll ntejbu livell ta’ dawn il-festi. Kull każin kellu l’opportunita’ sabiex jesprimi l-opinjonijiet u l-ideat […]
Read more »